Talb għas-Sinodu tal-Isqfijiet matul Ottubru

Mill-4 sad-29 ta’ Ottubru 2023 se tiltaqa’ l-Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet bit-tema ‘Lejn Knisja Sinodali: Komunjoni, Parteċipazzjoni, u Missjoni’. Hi Assemblea li se jkollha wkoll numru ta’ parteċipanti oħra, li mhumiex Isqfijiet, ġejjin minn madwar id-dinja kollha.

Mons. Arċisqof se jkun qed jirrappreżenta l-Konferenza Episkopali Maltija f’din l-Assemblea tas-Sinodu.

Aħna mħeġġin biex nitolbu ħafna ħalli dan is-Sinodu jkun ta’ għajnuna lill-Papa Franġisku fid-direzzjoni li jagħti għall-ħidma pastorali tal-Knisja fi żminijietna, u fit-tisħiħ tas-sinodalità fil-Knisja kollha.

Inħeġġu lil kulħadd biex matul ix-xahar ta’ Ottubru fil-familji, fil-knejjes u fil-komunitajiet tingħad it-talba tar-Rużarju b’ħeġġa u b’devozzjoni, b’intenzjoni partikulari għas-Sinodu.

Infakkru wkoll fit-talb li diġà ntbagħat lilkom ilkoll, ippreparat mis-Segreterija tas-Sinodu, li għandu jgħinna biex inqiegħdu quddiem il-Mulej din il-ġrajja importanti għall-Knisja.

Maħruġa mill-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta, Floriana, illum 26 ta’ Settembru 2023.

Fr Charles Bugeja                                                                      Joseph Galea Curmi

Kanċillier                                                                                         Isqof Awżiljarju

Ara aktar dwar is-Sinodu …

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading