Il-Papa Franġisku jsejjaħ għal waqfien mill-ġlied fl-Art Imqaddsa

Il-Papa Franġisku sejjaħ għal waqfien mill-ġlied fl-Art Imqaddsa. Waqt li kien qed jindirizza lill-fidili miġbura fi Pjazza San Pietru għall-Angelus tal-Ħadd, il-Qdusija Tiegħu stieden lil kulħadd biex “inkomplu nitolbu… għas-sitwazzjoni serja fil-Palestina u l-Iżrael”. B’mod partikolari, talab li l-għajnuna umanitarja titħalla tidħol f’Gaża u li l-ostaġġi kollha jiġu meħlusa.

Fl-aħħar jiem, is-sitwazzjoni f’Gaża intensifikat. Aktar minn 7,200 persuna huma kkonfermati mejta mis-7 ta’ Ottubru, wara li l-Ħamas wettaq attakk fatali fuq Iżrael, li dan wieġeb b’bumbardamenti u invażjoni tal-art.

Il-Qdusija Tiegħu kkwota lil Patri Ibrahim Faltas, il-Vigarju Franġiskan Eġizzjan tal-Kustodja tal-Art Imqaddsa f’Ġerusalemm, li dan l-aħħar tkellem fuq programm televiżiv Taljan ‘A Suan Immagine’. L-Papa qal: smajt dak li qal: “waqfien mill-ġlied, waqfien mill-ġlied”, spjega l-Kap tal-Knisja Kattolika.

“Aħna wkoll, bħal Patri Ibrahim, ngħidu waqfien mill-ġlied”, qal il-Papa, filwaqt li żied, “ieqfu, ħuti, l-gwerra hija dejjem telfa – dejjem, dejjem!”   

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-10/pope-francis-angelus-29-october-appeal-peace-gaza-holy-land.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading