Il-Ħajja f’Għawdex, Ottubru 2023, Nru 1051

It-30 ta’ Ottubru 2023 jaħbat il-75 anniversarju mill-famuża traġedja tal-għarqa ta’ 23 Għawdxi u Għawdxija qrib Ħondoq ir-Rummien. Il-ġurnal Għawdex dakinhar kien minn ta’ quddiem li xandar l-aħbar u fakkar il-vittmi.

Tliet kwarti ta’ seklu wara, ir-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex tikkommemora l-ġrajja b’qoxra u artiklu riċerkat b’tagħrif ġdid fuq il-fatti kif seħħu. Naqraw ukoll dwar l-esperjenzi Għawdxin fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ is-sajf li għadda, kif ukoll fl-intervista nsiru nafu lil Għawdxi ieħor li qed jagħmel ġieħ lil pajjiżna f’waħda mill-ogħla istituzzjonijiet Ewropej. Ma jonqsux artikli storiċi u oħrajn ta’ attwalità, kif ukoll niskata letteratura u ftit riflessjoni, fost l-oħrajn dik editorjali dwar it-temi soċjali li messew il-prietki tal-Isqof fl-aħħar xhur.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading