Is-Santa Sede tikkundanna r-razziżmu kontra l-migranti u d-diskriminazzjoni reliġjuża
Is-Santa Sede tenniet is-sejħat tagħha biex jiġi ndirizzata “b’mod deċiżiv il-ħażen distruttiv u mistmerr tar-razziżmu” fil-forom kollha tiegħu u biex titwaqqaf l-intolleranza reliġjuża, d-diskriminazzjoni u l-persekuzzjoni relatati miegħu. “Minkejja avvanzi evidenti u anke bidliet sinifikanti fil-leġiżlazzjoni, r-realtà tar-razziżmu tibqa’,” lmenta l-Arċisqof Gabriele Caccia, l-Osservatur Permanenti tas-Santa Sede għan-Nazzjonijiet Uniti.
Fi stqarrija li ta nhar it-Tnejn, indirizza lit-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNGA) dwar is-suġġett. In-nunzju tal-Vatikan fakkar lit-“twemmin ħażin” li jsostni r-razziżmu li “persuna waħda, ridotta għal sempliċi karatteristika, hija superjuri għal oħra”, jikkostitwixxi “tkisser id-dinjità ineranti ta’ kull bniedem”.
“Il-membri kollha tal-familja umana għandhom l-istess drittijiet u dmirijiet bażiċi, peress li għandhom l-istess dinjità mogħtija minn Alla”.
Huwa rrefera b’mod partikolari għall-atti “kundannabbli” ta’ razziżmu, ksenofobija u diskriminazzjoni kontra l-migranti, r-refuġjati, u dawk li jfittxu l-ażil li huma “manifestazzjoni ċara tal-mentalità razzista”. “L-migranti mhumiex meqjusa bħala mogħnija bl-istess dinjità intrinsika bħal kull persuna oħra u għalhekk huma miċħuda fil-miftuħ”, qal l-Arċisqof Caccia. Huwa nnota li “l-migrazzjoni tista’ tqanqal biża’ u nkwiet, ħafna drabi msaħħa u sfruttata għal skopijiet politiċi.” Għalhekk il-ħtieġa urġenti li din il-kwistjoni partikolari tiġi ndirizzata “b’mod deċiżiv”.
“Il-migranti m’għandhomx jitqiesu bħala problema politika li tista’ tintrema faċilment, iżda pjuttost bħala bnedmin li jaqsmu l-istess dinjità u valur intrinsiku bħal kull persuna”.
L-Osservatur tal-Vatikan esprima wkoll it-tħassib profond tas-Santa Sede għaż-żieda kontinwa f’każijiet ta’ intolleranza reliġjuża, diskriminazzjoni, u persekuzzjoni. Meta wieħed iqis il-ħafna postijiet fejn il-libertà reliġjuża hija ristretta ħafna, fakkar li l-gvernijiet “għandhom id-dmir li jipproteġu dan id-dritt taċ-ċittadini tagħhom, peress li huwa wieħed mir-rekwiżiti minimi assoluti meħtieġa biex jgħixu fid-dinjità”.
L-Arċisqof Cacca wissa wkoll kontra l-biża’ ta’ “diversità” li “jista’ jwassal għal tfittxija għal uniformità unidimensjonali li tfittex li telimina d-differenzi u t-tradizzjonijiet kollha taħt l-iskuża ta’ tfittxija superfiċjali għall-unità”. L-antidotu għal dan “l-universaliżmu falz”, irrimarka, filwaqt li jtenni l-kliem tal-Papa Franġisku fl-Enċiklika “Fratelli tutti’, jinsab f’kultura ta’ djalogu li tagħraf “id-doni għonja u l-uniċità ta’ kull persuna u ta’ kull poplu”.
Fl-aħħarnett, l-Arċisqof Caccia afferma mill-ġdid li d-dinjità ugwali tal-bnedmin kollha minquxa fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 “teżiġi li qatt ma nagħlqu għajnejna għar-razziżmu jew l-esklużjoni, iżda li nersqu lejn kull persuna bi ftuħ, solidarjetà u mħabba”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2023-10/holy-see-decries-racism-and-religious-discriminination.html