‘App’ u ‘Pilgrim Card’ għall-Ġublew

Print Friendly, PDF & Email

Titnieda ‘App’ ġdida għall-Ġublew, “Iubilaeum252, li hi disponibbli biex titniżżel

L-app għall-mobile uffiċjali għas-Sena Mqaddsa 2025, “Iubilaeum25”, hija disponibbli biex titniżżel. L-app, li se tagħmilha aktar faċli biex tirreġistra għall-avvenimenti tal-Ġublew, tista’ titniżżel mill-App Store għall-iOS, u mill-Play Store għal Android.

Aktar tagħrif fuq il-Ġublew 2025 … https://laikos.org/g2025/

Din l-app, se tipprovdi wkoll l-aħbarijiet kollha dwar il-Ġublew, u tippermetti lil dawk li jużawha biex jirreġistraw bħala pellegrini għas-Sena Mqaddsa u jiksbu ‘Pilgrim Card’ b’xejn.

Ladarba wieħed ikun irreġistrat fuq il-portal, ikun jista’ wkoll jirreġistra għal avvenimenti tal-Ġublew, u għall-pellegrinaġġi għall-Bieb Imqaddes. Din l-App sempliċi u intuwittiva tippermetti lill-pellegrini li jniżżlu l-avvenimenti li huma interessati fihom, jaċċessaw iż-żona personali tagħhom aktar malajr, u jirċievu l-kodiċi QR uniku għad-dħul fil-Bieb Imqaddes. 

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2023-11/jubilee-holy-year-iubilaeum25-2025-app.html

%d