Quddiesa għal ruħ isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi

Għada t-Tlieta, 7 ta’ Novembru 2023, l-Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi quddiesa b’suffraġju għall-isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi nisa u rġiel, b’mod speċjali dawk li mietu minn Novembru tas-sena li għaddiet sal-lum.

Il-quddiesa se ssir fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina u tibda fis-6pm. Wara l-Arċisqof ibierek l-oqbra tal-Katidral.

L-Insara huma mħeġġa jattendu għal din il-quddiesa.

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading