Minn Daniel Borg
Hekk irrisponda Gabriel x’ħin il-qassis waqt il-priedka staqsa dwar Kristu Sultan. Illum anke l-Angelus ma qrahx il-Papa, għax kien marid, għalkemm hu kien preżenti. Donnu l-messaġġ huwa li min imexxi juri l-qawwa tiegħu fit-tbatija, u d-dgħufija. Il-kontra ta’ kif taħsibha d-dinja!
Il-Vanġelu tal-lum (Mt 25, 31 -46) jaqleb kollox ta’ taħt fuq bħal dejjem! Aħna mhux se niġu ġġudikati fuq kemm qlajna flus, jew irċivejna unuri, imma kemm għamilna karita’ u ħabbejna. Il-magħżula tas-Sultan fil-parabbola tal-Vanġelu, ma humiex dawk li għenuh jakkwista ġid u artijiet ġodda, jew li għamluh famuż u sinjur, imma dawk li għenu l-iktar batuti.
U għalhekk Ġesu huwa sultan differenti. Għax il-ħbieb tiegħu huma dawk bla saqaf, il-barranin, il-ħabsin, il-morda. U għalhekk dawk l-iktar qrib tiegħu , il-magħżula, huma dawk li juru ħniena u mogħdrija u li jagħmlu dak kollu meħtieġ ma’ dawk li huma l-iktar batuti. L-istil tagħna għandu jkun: il-mogħdrija, il-ħniena u t-tjubija!
Tista’ tara l-post ta’ facebook fuq din il-ħolqa: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0MW84BXyGn5XY6JCjP4SiMYgg5GKXyZQKzr4fReqwp119cKfvSKBfQFwo4U9SjvmYl