Il-Papa: Jalla l-waqfien mill-ġlied f’Gaża jkompli

“Jien nittama lit-tregwa li għaddejja f’Gaża tkompli, sabiex l-ostaġġi kollha jkunu jistgħu jinħelsu, u l-għajnuna umanitarja meħtieġa tkun tista’ tidħol.” Il-Papa Franġisku nieda dan l-appell għall-Art Imqaddsa fi tmiem l-Udjenza Ġenerali tiegħu l-Erbgħa filgħodu. “Jalla, jekk jogħġobkom inkomplu nitolbu għas-sitwazzjoni serja f’Iżrael u l-Palestina,” qal il-Papa. “Paċi, jekk jogħġobkom, paċi”.

Filwaqt li sejjaħ biex il-waqfien mill-ġlied temporanju jiġi estiż, innota li dan l-aħħar kien tkellem bit-telefon mal-parroċċa Kattolika tal-Familja Mqaddsa ta’ Gaża. “M’għandhom ilma; m’għandhomx ħobż; nies komuni qed ibatu; n-nies qed ibatu”, qal. “Mhux dawk li jagħmlu l-gwerra li qed ibatu.”

“Issa, ejjew nitolbu għall-paċi, u ma ninsewx, waqt li nkunu qed nitolbu għall-paċi, niftakru fil-poplu għażiż tal-Ukrajna, li qed ibati ħafna u għadhom fi gwerra”, żied il-Papa Franġisku. “L-gwerra hija dejjem telfa”, temm jgħid. “Kulħadd jitlef. Ukoll, mhux kulħadd – għax hemm min jaqla’ ħafna. Dawk li jagħmlu l-armi. Huma jaqilgħu ħafna mill-mewt ta’ ħaddieħor”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-11/pope-francis-gaza-truce-continue-weapons-peace.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading