Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof f’Diċembru 2023

Print Friendly, PDF & Email

Matul ix‑xahar ta’ Diċembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mtNewsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVMKnisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ġimgħa 1 ta’ Diċembru, fis-7pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa bl-għasar għall-Konsulenti Legali tal-Konferenzi tal-Isqfijiet Ewropej fil‑Knisja tal-Vitorja, il-Belt Valletta.

Is‑Sibt 2 ta’ Diċembru, fl‑4:30pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lil grupp ta’ adolexxenti tal‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑ Karmnu fi Fleur‑de‑Lys.

Il‑Ħadd 3 ta’ Diċembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali u Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta, li tixxandar fuq TVMknisja.mtNewsbook.com.mt u RTK 103. Fl‑4:30pm jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lil grupp ta’ adolexxenti tal‑Parroċċa tas‑Salvatur f’Ħal Lija.

Il‑Ħamis 7 ta’ Diċembru, fis‑6pm Mons. Arċisqof jieħu sehem fl‑attività djoċesana għat‑tfal organizzata mill‑Kummissjoni Djoċesana Tfal flimkien ma’ LOOP bl‑isem: ‘Ħolqa ma’ Ħolqa ma’ Marija’ fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara.

Il‑Ġimgħa 8 ta’ Diċembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq il‑50 sena tal‑Mixja Neo Katekumenali f’Malta fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Is‑Sibt 11 ta’ Diċembru, fis‑6:30pmy, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fid‑19‑il anniversarju mit‑twaqqif tal‑parroċċa ta’ Pembroke.

Il‑Ħadd 12 ta’ Diċembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑quddiesa parrokkjali tal‑Familja Mqaddsa fl‑Iklin, li tixxandar fuq TVMknisja.mtNewsbook.com.mt u RTK 103. Fis‑6pm jiċċelebra quddiesa bir‑rit tal‑konsagrazzjoni tal‑artal fil‑Parroċċa ta’ San Ġużepp fil‑Kalkara.

Il‑Ħadd 17 ta’ Diċembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija fil‑Qrendi, li fiha jagħti l‑pussess ta’ kappillan lil Dun Mario Said. Din tixxandar fuq TVMknisja.mtNewsbook.com.mt u RTK 103.

Il‑Ġimgħa 22 ta’ Diċembru, fis‑6pm, Mons. Arċisqof jieħu sehem fil‑purċissjoni bil‑Bambin organizzata mill‑Aġenzija Kulturali għall‑Belt Valletta. Il‑purċissjoni tibda mill‑Knisja tal‑Vitorja, timxi għal Triq Żakkarija u tispiċċa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann.

Il‑Ħadd 24 ta’ Diċembru, f’lejlet il‑Milied Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tar‑Raba’ Ħadd tal‑Avvent fil‑Kappella tas‑Sorijiet tal‑Qalb ta’ Ġesù, Tal‑Virtù, li tixxandar fuq TVMknisja.mt Newsbook.com.mt u RTK 103. Fil‑5:15pm, flimkien mal‑Kapitlu Metropolitan, jiċċelebra l‑ewwel għasar solenni tal‑Milied fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, u wara jmexxi wkoll l‑Quddiesa tal‑Vġili. Fil‑11:00pm ikun hemm kant ta’ għanjiet tal‑Milied u wara, Mons Arċisqof imexxi l‑Uffiċċju tal‑Qari bil‑prietka tat‑tifel fil‑Katidral ta’ San Pawl l‑Imdina. F’nofsillejl l‑Arċisqof imexxi l‑quddiesa solenni fit‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din  tixxandar fuq TVMknisja.mt u Newsbook.com.mt.

It‑Tnejn 25 ta’ Diċembru, fid‑9:30am, f’Jum il‑Milied, Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa solenni fit‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Din tixxandar fuq TVMknisja.mtNewsbook.com.mt u RTK 103.

Is‑Sibt 30 ta’ Diċembru, fis‑6pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun Anton D’Amato fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija f’Ħal Għaxaq.

Il‑Ħadd 31 ta’ Diċembru, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tal‑Imqaddsa Omm Alla mill‑Kappella tad‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVMknisja.mtNewsbook.com.mt u RTK 103.

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading