Il-Papa jitlob għall-vittmi tat-terremot fiċ-Ċina

Fi tmiem l-Udjenza Ġenerali tiegħu ta’ kull ġimgħa, l-Papa Franġisku esprima l-qrubija tiegħu lejn il-vittmi ta’ terremot fatali fiċ-Ċina. “Ndawwar ħsibijieti għall-vittmi u dawk midruba fit-terremot devastanti li laqat il-provinċji Ċiniżi ta’ Gansu u Quinghai”. L-Papa kompla, “ninsab qrib b’affezzjonu talb lejn in-nies li qed ibatu. Inħeġġeġ lis-servizzi tas-salvataġġ, u nsejjaħ il-barka ta’ Dak li Jista’ kollox fuq kulħadd, sabiex Hu jkun jista’ jġib il-faraġ u serħan fin-niket tagħhom”.

Mill-inqas 130 ruħ mietu fit-terremot ta’ 6.2, li laqat ftit qabel nofsillejl tat-Tnejn. Hemm aktar minn 700 persuna midruba, t-toroq saritilhom ħsara u l-linji tal-enerġija u l-komunikazzjoni fil-provinċji ta’ Gansu u Qingħai inqatgħu.

Hekk kif il-ħaddiema tas-salvataġġ fittxew taħt it-terrapin għas-superstiti, mill-inqas valanga waħda fixklet l-operazzjonijiet, filwaqt li dawk li tħallew bla dar kienu sfurzati jqattgħu lejl kiesaħ tax-xitwa fit-tined f’siti ta’ evakwazzjoni li ttellgħu malajr. L-awtoritajiet tas-salvataġġ ħarġu appell għal 300 ħaddiem addizzjonali għal operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ. 

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-12/pope-earthquake-china-gansu-qinghai-prayer-closeness.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading