Meta tkellem wara l-Udjenza Ġenerali tiegħu ta’ kull nhar ta’ Erbgħa, l-Papa Franġisku talab għall-Ukrajna, għall-Palestina, u l-Iżrael. “Jekk jogħġobkom, ejjew naħsbu dwar il-Palestina, dwar Iżrael. Ejjew naħsbu dwar l-Ukrajna… Ukrajna itturmentata, li qed tbati ħafna”.
Il-Papa għamel ġest lejn l-ambaxxatur Ukren għas-Santa Sede, Andrii Yurash, li kien preżenti, filwaqt li rrimarka li “l-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur qiegħed hawn”. “Ejjew ma ninsewx lill-popli li qed ibatu l-ħażen tal-gwerra,” qal il-Papa Franġisku. “L-gwerer huma dejjem telfa. Ejjew ma ninsewx dan. Telfa. Jigwadanjaw biss il-manifatturi tal-armi”.
Fil-katekeżi tiegħu fl-Udjenza Ġenerali, l-Papa Franġisku rrifletta fuq is-sinifikat tax-xeni tan-natività. Huwa enfasizza r-rabta bejn ix-xena tat-Twelid u l-ħidma għall-paċi, u talab lill-fidili biex “jmorru quddiem il-presepju, u itolbu lil Ġesù għall-paċi. Hu l-Prinċep tal-Paċi.”
Meta kien qed isellem lill-fidili li jitkellmu bil-Portuġiż, il-Papa qal: “F’dawn il-jiem, naraw lil Alla mimdud f’maxtura”, u saħaq li “dan hu l-aktar messaġġ b’saħħtu ta’ paċi għall-ħajja għal kull wieħed minna u għad-dinja tal-lum.”
Fil-messaġġ tiegħu fi tmiem l-Udjenza Ġenerali, l-Papa Franġisku estenda wkoll it-tislima tiegħu lil grupp ta’ individwi mill-Mediterranea Saving Humans, organizzazzjoni li taħdem biex issalva l-migranti li qed jaqsmu l-Mediterran f’tentattiv biex jaslu fl-Ewropa.
“Dawn qegħdin hawn, u li joħorġu fuq il-baħar biex isalvaw lill-foqra li qed jaħarbu mill-iskjavitù fl-Afrika. Huma jagħmlu xogħol tajjeb, jsalvaw ħafna nies. Tant nies.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-12/pope-francis-christmas-prayer-peace-ukraine-palestine-israel.html