Il-Papa Franġisku jikkritika l-attakk fuq il-Knisja Kattolika f’istanbul

Print Friendly, PDF & Email

Waqt li kien qed jindirizza lill-fidili fit-talba tal-Angelus tal-Ħadd, il-Papa ikkundanna l-attakk minn irġiel armati fuq Knisja Kattolika f’Istanbul, it-Turkija, li ħalla persuna mejta, waqt il-Quddiesa tal-Ħadd. “Nesprimi s-simpatija tiegħi,” qal il-Papa fir-rimarki tiegħu, “lejn il-komunità tal-Knisja ta’ Santa Marija f’Istanbul, li sofriet minn attakk armat waqt il-Quddiesa u ħalliet persuna waħda mejta u diversi midruba”.

F’intervista ma’ Roberto Cetera tal-Vatikan Media, l-Vigarju Appostoliku ta’ Istanbul u l-Amministratur Appostoliku ta’ Kostantinopli, l-Isqof Massimiliano Palinuro, iddiskutew is-sensiela traġika ta’ avvenimenti, fejn appella lill-awtoritajiet biex ifittxu l-verità wara l-attakk li qal jidher li hi intolleranza reliġjuża.

L-Isqof Palinuro spjega, kif il-Ħadd filgħodu, l-Kongregazzjoni tal-Knisja ta’ Santa Marija f’subborg ta’ Istanbul, kienet qed tiċċelebra l-Ewkaristija. Ftit wara l-offertorju, fil-mument tal-Qaddis, daħlu żewġ persuni armati u sparaw diversi tiri l-fuq. “U mbagħad ir-reazzjoni ta’ wieħed mill-fidili, li kellu wkoll xi problemi ta’ saħħa mentali kellu l-kuraġġ jipprotesta kontra dan, x’aktarx b’reazzjoni għal dan l-att, huma rrispondew billi qatlu lil din il-persuna”, żied jgħid l-Vigarju Appostoliku ta’ Istanbul.

“Il-motivazzjonijiet konkreti għadhom mhumiex magħrufa u għad iridu jiġu vverifikati, iżda l-elementi li jidhru li ħareg s’issa jissuġġerixxu l-attakk kien motivat minn intolleranza reliġjuża.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-01/pope-francis-decries-attack-on-catholic-church-in-istanbul.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading