Il-Papa Franġisku: Ejja lkoll ngħidu “Biżżejjed!” Waqfu l-gwerra fil-Lvant Nofsani

“Kuljum inġorr f’qalbi, l-uġigħ u t-tbatija tal-popolazzjonijiet fil-Palestina u Iżrael minħabba l-ostilitajiet li għaddejjin”, qal il-Ħadd, il-Papa Franġisku f’appell ieħor mill-qalb għal waqfien mill-ġlied f’Gaża.

U esprima n-niket għall-“eluf ta’ mejta, midruba, spostati, l-qerda mmensa li ġġib uġigħ u tbatija fuq iż-żgħar u bla difiża li jaraw il-futur tagħhom kompromess”. Il-Papa Franġisku appella lill-bnedmin ta’ rieda tajba biex isemmgħu l-għajta tagħhom għall-paċi. Meta tkellem waqt l-Angelus fi Pjazza San Pietru staqsa: “Tassew naħsbu li qed nibnu dinja aħjar b’dan il-mod?” Filwaqt li tenna:

“Ejjew ilkoll flimkien ngħidu: “Biżżejjed, jekk jogħġobkom! Waqfu il-gwerra.”

Il-Papa kompla b’appell biex jitkomplew in-negozjati għal waqfien mill-ġlied immedjat f’Gaża u fir-reġjun kollu, “biex l-ostaġġi jkunu jistgħu jinħelsu u jerġgħu lura għand il-maħbubin tagħhom li qed jistennewhom b’mod anzjuż, u sabiex il-popolazzjoni ċivili jkollha aċċess sigur għall-ħtiġijiet u għajnuna umanitarja urġenti”. U jekk jogħġobkom, temm jgħid:

“Tinsewx l-Ukrajna tturmentata, fejn qed imutu ħafna nies kuljum. Huwa post ta’ niket kbir.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-03/pope-francis-angelus-appeal-ceasefire-gaza-war-israel-palestine.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading