Fi żmien li fih in-nefqa militari u tal-armi dejjem qed tikber minħabba l-ħafna l-kunflitti li qed tolqot lid-dinja, l-Ħadd, il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-membri kollha tal-“familja kbira tan-nazzjonijiet” biex ikunu kuraġġużi u jaħdmu għad-diżarm.
Il-Qdusija Tiegħu fakkar, li fil-5 ta’ Marzu jiġi osservat it-tieni Jum Internazzjonali għad-Diżarm tal-armamenti u l-waqfien tat-tixrid tal-armamenti. “Kemm riżorsi jinħlew fuq spejjeż militari, li minħabba s-sitwazzjoni attwali, sfortunatament qed ikomplu jiżdiedu!” esklama l-Papa waqt l-indirizz tiegħu tal-Angelus, u esprima t-tama tiegħu għal bidla fil-mentalità u l-investimenti.
“Nawgura min qiegħ qalbi li l-komunità internazzjonali tifhem lid-diżarm huwa, fuq kollox, dmir: id-diżarm huwa obbligu morali”. Filwaqt li enfasizza kemm hi mportanti din il-kwistjoni, l-Papa Franġisku enfasizza l-fatt li rridu “ndaħħluha f’rasna din”. Huwa żied jgħid li “dan jitlob kuraġġ mill-membri kollha tal-familja kbira tan-Nazzjonijiet biex mill-ekwilibrija tal-biża’ mgħaddu għall-ekwilibriju tal-fiduċja.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-03/pope-francis-disarmament-appeal-moral-obbligation-world-day-appe.html