Illum il-Knisja qed tiċċelebra Ħadd il-Palm, jiġifieri d-dħul ta’ Ġesu’ f’ Ġerusalemm.
Fl-Angelus il-Papa jgħid li Ġesu jidħol bħala re umli u paċifiku. Hu biss jista’ jeħlisna mill-mibegħda, il-ġlied u l-vjolenza għax Ġesu’ huwa l-ħniena u l-maħfra tad-dnubiet. F’dan il-kuntest għalhekk il-Papa ma jistax ma jiftakarx f’dak li qed jiġri fl-Ukrajna u l-Palestina u jħeġġiġna niftakru fihom f’talbna. Hu jħeġġiġna wkoll biex bħal Marija f’din il-Ġimgħa Mqaddsa nitgħalmu nibqgħu qrib ta’ Ġesu’ biex naslu għall-ferħ tal-Qawmien.
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq facebook fuq din il-ħolqa: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02GrYmsr4N1jB8GMuPHoQtuBbSZ8DeehnDtiMC73HM47JJHxhb7awW2uhQCyzWUmecl