Ħarġa Numru 1056
Ritratt minn perspettiva unika tal-Wied tal-Lunzjata, wieħed mill-aktar widien spettakolari tal-gżira Għawdxija, jilqa’ lill-qarrej li jaqbad f’idejh il-ħarġa ta’ Marzu ta’ Il-Ħajja f’Għawdex.
Bħalissa r-rivista qed iġġib serje interessanti ta’ artikli tar-riċerkatur fuq in-natura Jason Aloisio dwar il-widien Għawdxin. Letteratura oħra, bħal poeżija ta’ Charles Bezzina u l-Editorjal, tipprova tqanqal il-kuxjenza dwar il-preservazzjoni tal-wirt naturali u arkitettoniku Għawdxi. L-intervista tistarreġ il-ħidma tal-assoċjazzjoni Għawdxija li tagħti servizz lil dawk neqsin mis-smigħ, waqt li żewġ artikli jfakkru lil Carmel Attard, edukatur mix-Xagħra li mess ma’ ħafna oqsma ta’ servizz, fosthom l-Iscouts u l-Azzjoni Kattolika.
Int tista’ tabbona jew issir taf aktar billi żżur il-paġna … https://www.facebook.com/ilhajjafghawdex.
