Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?

Minn Daniel Borg

Fil-barka tiegħu lid-dinja il-Papa Franġisku jgħid li aħna qed ngħixu l-istagħġib li għexu n-nisa x’ħin marru fuq il-qabar u sabu l-qabar vojt.  Hu jirrifletti fuq id-dubji li kellhom meta staqsew: “Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” (Mk16:3) qabel ma marru.

Illum hemm ħafna ġebel li qed jagħlqu t-tama tal-bniedem: il-gwerer, il-kriżijiet umanitarji, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u oħrajn.  Bħan-nisa jkollna d-dubji li dawn “il-ġebel” qatt ma jistgħu jitneħħew.  Imma Ġesu’ jneħħi dawn il-ġebel għax hu jagħti l-ħajja fejn hemm il-mewt, il-paċi fil-gwerra, l-imħabba fil-mibegħda. Huwa Kristu biss li jista’ jagħti tama ġdida fost il-ħafna kunflitti li qed ngħixu bħalissa. L-Għid it-tajjeb!

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa tal-facebook:  https://www.facebook.com/share/p/LPoLwcZYsVckD9Ar/

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading