Il-Papa Franġisku jistieden talb għal dawk li jbatu minn għargħar qawwi fil-Każakstan

“Irrid inwassal lill-poplu tal-Każakstan il-qrubija spiritwali tiegħi f’dan iż-żmien,” saħaq il-Papa Franġisku waqt l-Udjenza Ġenerali tiegħu tal-Erbgħa filgħodu, hekk kif fakkar l-għargħar massiv li affettwa bosta reġjuni tal-pajjiż, li hu kien żar f’Settembru 2022, u kkawża eluf biex jiġu evakwati.

“Nistieden lil kulħadd biex jitolbu għal dawk kollha li qed isofru l-effetti ta’ dan id-diżastru naturali.”

“Anke fi żminijiet ta’ diffikultà, infakkru l-ferħ ta’ Kristu Rxoxt,” saħaq il- Qdusija Tiegħu waqt l-awguri tiegħu lill-pellegrini Ingliżi.

Ir-Russja u l-Każakstan ordnaw aktar minn mitt elf ruħ biex jevakwaw, warra li borra ddewbet aktar malajr mis-soltu, u xmajjar faru lil hinn mill-punt ta’ lqugħ tagħhom, bl-agħar għargħar fiż-żona għal mill-inqas 70 sena, rrapporta Reuters.

Il-Papa Franġisku għal darb’oħra temm l-Udjenza Ġenerali tiegħu, jitlob għal dawk kollha li qed ibatu mill-gwerer li għaddejjin u li qed jaħkmu d-dinja. “Ħsibijieti”, qal il-Papa, “tmur fl-Ukrajna, l-Palestina u l-Iżrael itturmentati,” hekk kif talab, “Jalla l-Mulej jagħtina l-paċi!”

“Il-gwerra tinsab kullimkien – ejjew ma ninsewx il-Myanmar”, kompla, “imma ejjew nitolbu lill-Mulej għal paċi, u ma ninsewx lil dawn ħutna li tant qed ibatu f’dawn il-postijiet tal-gwerra.” Il-Qdusija Tiegħu appella lill-fidili biex jingħaqdu miegħu flimkien fit-talb għall-paċi.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-04/pope-invites-prayers-for-those-suffering-flooding-in-kazakhstan.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading