Il-Papa jitlob għall-vittmi tal-għargħar fil-Kenja

Nhar l-Erbgħa, l-Papa Franġisku talab għan-nies li qed isofru l-effetti tal-għargħar fil-Lvant tal-Afrika. “Nixtieq inwassal lin-nies tal-Kenja, l-qrubija spiritwali tiegħi f’dan iż-żmien meta għargħar qawwi ħabat traġikament, u ħa l-ħajja ta’ ħafna minn ħutna, weġġa’ oħrajn, u kkawża qerda mifruxa,” qal waqt l-Udjenza Ġenerali.

Huwa ħeġġeġ lill-insara biex jingħaqdu miegħu fit-talb għal dawk l-aħwa li qed ibatu. “Nistedinkom titolbu għal dawk kollha li qed isofru l-effetti ta’ dan id-diżastru naturali. Anke f’nofs id-diffikultajiet, ejjew niftakru fil-ferħ ta’ Kristu Rxoxt,” qal.

Minn Marzu, madwar 170 persuna mietu, u 185,000 ġew spostati minn meta xita qawwija ħakmet il-pajjiż. L-awtoritajiet Kenjani qed jiddiskutu miżuri biex jindirizzaw id-diżastru ikkawżat mix-xita monsoon qawwija mhux tas-soltu, aggravata mit-temp ta’ El Nino, li ħakmet bliet u żoni rurali fil-Kenja u fit-Tanżanija.

L-agħar inċident kien, meta mas-sebħ tat-Tnejn, infaqgħet diga fir-reġjun ta’ Wied Rift, li qatlek kważi 50 raħal, minħabba li niżlu turrenti ta’ tajn u ilma minn fuq l-għoljiet, li kaxkru kull ma sabu quddiemhom.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-05/pope-francis-prayer-general-audience-kenya-floods.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading