Stedina biex nipparteċipaw fil-Jum Dinji tar-Rużarju fis-7 ta’ Ottubru 2024, festa tal-Madonna tar-Rużarju
Fl-ittra li tħabbar il-Ġublew tat-Tama 2025, il-Papa Franġisku talab li s-sena ta’ qabel (2024) “tkun sinfonija kbira ta’ talb…” filwaqt li tenna l-intonazzjoni Marjana tagħha: “lill-Verġni Marija biex takkumpanja lill-Knisja fit-triq ta’ tħejjija għal din il-ġrajja tal-grazzja tal-Ġublew”.
Il-Forum Pan-Ewropew, b’risposta għal din it-talba tal-Papa, u flimkien mal-Konfraternitajiet Dumnikani tar-Rużarju Mqaddes, qed jorganizza mument ta’ talb komunitarju mad-dinja kollha li jkun iffukat fuq ir-reċita tar-Rużarju Mqaddes.
L-attività, imsejħa Jum Dinji tar-Rużarju, se ssir fis-7 ta’ Ottubru 2024, tifkira tal-Verġni Mqaddsa tar-Rużarju, u huma mistiedna jipparteċipaw il-Fratellanzi Kattoliċi kollha preżenti fil-ħames kontinenti, kif ukoll, fejn ikun possibbli, il- Santwarji Marjani.
Il-fratelli u kon-sorelle jkunu jistgħu wkoll jinġabru fil-lokalitajiet diversi tagħhom għar-reċita tar-Rużarju Mqaddes, b’intenzjoni waħda u possibilment qabel Quddiesa, fl-istess ħin lokali fl-24 żona tal-ħin.
Il-proġett ġie ppreżentat lid-Dikasteru tal-Evanġelizzazzjoni, li offra l-użu tal-logo uffiċjali tal-Ġublew biex jappoġġja din l-inizjattiva.
Il-fratellanzi li jaċċettaw din l-istedina se jkunu jistgħu jirreġistraw fuq il-websajt www.worldrosaryday.com fejn isibu aktar informazzjoni dettaljata.
Fid-9 ta’ Mejju 2024, il-Papa Franġisku ser jippublijka l-Bolla uffiċċjali tal-Ġublew li fiha jkollna aktar dettalji.

Haga sabieha hafna u il-MADONNA tridu hafna. Ninsisti mal-fa.ilja li jinghad kuljum ir-Ruzarju.
Thanks so much for this information.