QUDDIESA GĦAŻ-ŻGĦAZAGĦ
TAĊ-ĊENTRU SPIRITWALI NOTRE-DAME DE VIE
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
It- Tlieta, 26 ta’ Lulju 1983
Fl-isem tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu Santu. Amen. Il-Mulej magħkom!
Għeżież insara, ejjew nitolbu lill-Mulej biexjippurifika l-ispirti tagħna u lil qlubna, biex nilqgħu b’mod profond ir-rikkezzi spiritwali miġbura fil-liturġija tal-Kelma u tas-sagrifiċċju.
Sant’Anna u San Ġwakkin kienu, fi żminijiethom, mrmbri ta’ dak il-poplu iffurmat minn Mosè, li r-rakkont tal-Esodu jiddeskrivi bħala għatxan li jagħraf il-wiċċ ta’ Alla, li huwa element karatteristiku tat-talb, tal-kontemplazzoni li għalihom iċ-Ċentru tagħkom irid jiffurmakom. Nimmaġina, u bla dubju intom ukoll, li din is-silta spiss alimentat il-meditazzjoni ta’ Tereża ta’ Ġesù u ta’ Ġwanni tas-Salib, għeżież b’mod speċjali għal qalbkom u għal tiegħi! Inkwantu għall-Vanġelu tallum, dan ifakkarna b’rejaliżmu li l-umanità hija dejjem u kontinwament immarkata minn traċċi ta’ qdusija u minn żoni tad-dnub. Hija dejjem tinħtieġ ir-Redenzjoni.
Għeżież insara, żgħażagħ u adulti, l-essenzjali huwa propju li – fid-dinja kif inhi – id-dixxipli tal-Mulej, kontinwament ippurifikati, illuminati u msabbra minn frekwentazzjoni kostanti ta’ Alla ta’ tenerezza u ta’ ħniena, huma strumenti tal-azzjoni salvifika ta’ Alla. Anna u Ġwakkin kienu fl-epoka u fil-post li fih għexu, ħolqa prezzjożissima tal-proġett divin ta’ salvazzjoni tal-umanità. Jalla aħna lkoll, u intom żgħażagħ b’mod partikulari, inkunu nistgħu nsiru dejjem iktar il-qaddejja umli u kuraġġużi, foqra u disponibbli tal-Knisja ta’ Kristu, li hija preċiżament Sagrament ta’ salvazzjoni! U jalla s-servizz tagħkom ikun dejjem iktar ikkaratterizzat minn irbit fiduċjuż u regolari mar-Rgħajja tal-Knejjes partikulari tagħkom! Jalla Kristu nnifsu, li ħajtu, mewtu u l-qawmien mill-imwiet tiegħu jsiru attwali minn kull ċelebrazzjoni ewkaristika, jagħtikom il-grazzja li tikkoperaw ġenerożament fl-attwazzjoni tal opra redentriċi kbira tiegħu! Amen.
Miġjuba għall-Malti minn Emanuel Zarb