Ir-rivista ‘Il-Ħabbar ta’ Sant’Antnin’ issa tinsab ukoll online

Ir-rivista Il-Ħabbar ta’ Sant’Antnin issa tinsab ukoll online fl-indirizz elettroniku www.habbar.cakmalta.org

Din ir-rivista reliġjuża-kulturali b’ispirazzjoni Franġiskana tinħareġ kull xahrejn mill-Provinċja Maltija tal-Franġiskani Konventwali.

L-aċċess għar-rivista Il-Ħabbar ta’ Sant’Antnin hu mingħajr ħlas u minbarra li wieħed jista’ jaqra artikli mill-aħħar ħarġa (dik ta’ Mejju-Ġunju) tista’ wkoll issib riżorsi dwar din ir-rivista, paġna dwar l-istorja tagħha, links interessanti u l-formula tal-abbonament fil-każ li trid tibda tirċeviha d-dar bil-posta.

Kulma għandek tagħmel hu li tirreġistra fuq l-istess sit u tibda tara u taqra l-kontentut.

Michael Caruana

L-Editur

Il-Ħabbar ta’ Sant’Antnin   

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading