Permezz tal-Ewkaristija nsiru bennejja u profeti ta’ dinja ġdida.

Minn Daniel Borg

Illum hija s-Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu u l-Vanġelu ta’ San Mark jitkellem dwar l-aħħar ċena.

Fl-Anġelus il-Papa jgħid li Ġesu jieħu l-ħobż mhux biex jieklu waħdu, imma biex jaqsmu u jtih lid-dixxipli tiegħu. F’dan is-sinjal Ġesu’ juri min hu, u l-missjoni tiegħu. Ġesu’ ma żammx ħajtu għalih imma taha għall-oħrajn. Ġesu’ għamel minn ħajtu rigal għall-oħrajn. Għalhekk is-sehem tagħna fl-Ewkaristija tgħinna biex aħna wkoll naqsmu u nagħtu lill-oħrajn minn dak li għandna, tgħinna biex aħna wkoll insiru rigal għall-oħrajn. L-Ewkaristija twassalna biex negħlbu l-egoiżmu tagħna, nipparteċipaw fit-tbatijiet ta’ ħutna, u li ngħinu lill-oħrajn permezz tat-talenti tagħna. F’kelma waħda tgħinna biex naslu li naqsmu l-‘ħobż’ tal-ħajja tagħna bħal Ġesu’.

Tista’ tara dan il-ħsieb fuq facebook fuq din il-ħolqa:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0rZtP7bSURBGvhv73iizosceerTPGgtD1AfKuLFknhTovXcaWh9pATPf6pQN9CZGMl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading