Il‑Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani

Stqarrija għall-istampa dwar l-għeluq tal-inkjesti djoċesani għall-kawżi tal‑beatifikazzjoni u l‑kanonizzazzjoni tal-koppja Henry u Inez Casolani.

PR 55 – GĦELUQ TAL-INKJESTI DJOĊESANI GĦALL‑KAWŻI TAL‑BEATIFIKAZZJONI U L‑KANONIZZAZZJONI TA’ HENRY U INEZ CASOLANI

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑għeluq tal‑inkjesti djoċesani dwar il‑Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani, nhar il‑Ġimgħa, 5 ta’ Lulju 2024,  fil‑Knisja ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta. Iċ‑ċelebrazzjoni se tibda fis‑6:15pm bir‑rit kanoniku tal‑għeluq tal‑inkjesti u wara ssir quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla li se jixxandru fuq Knisja.mt u Newsbook Malta. Henry u Inez Casolani huma mudell ta’ Qaddejja ta’ Alla fiż‑żwieġ, fil‑familja u fil‑ħajja ta’ kuljum.

Il‑kawżi għall‑beatifikazzjoni u l‑kanonizzazzjoni tagħhom infetħu fl‑2015 bit‑twaqqif ta’ tribunal. Matul dawn it‑tmien snin instemgħu diversi xhieda u nġabret id‑dokumentazzjoni meħtieġa dwar il‑ħajja qaddisa, il‑fama tal‑qdusija u l‑għeġubijiet ta’ din il‑koppja.

IL‑QADDEJJA TA’ ALLA HENRY U INEZ CASOLANI

Henry Casolani twieled il‑Belt Valletta fil‑25 ta’ Novembru 1917. L‑ubbidjenza, l‑umiltà u l‑karità kienu l‑karatteristiċi ewlenin tal‑karattru tiegħu. Kien jaħdem bħala draughtsman u fuq il‑post tax‑xogħol ħoloq ambjent miżgħud bl‑ispirtu tal‑Evanġelju. Dawk kollha li kienu jafuh kienu jirreferu għalih bħala “l‑appostlu tal‑paċi”. Matul ħajtu għadda minn ħafna qtigħ ta’ qalb u tiġrib fil‑moħbi u għaqqad it‑tbatijiet tiegħu mal‑passjoni ta’ Ġesù. Henry Casolani kellu fejqan inspjegabbli tal‑vista t’għajnejh bl‑intercessjoni tal‑Beata Suor Maria Adeodata Pisani. Hu miet fid‑29 ta’ Diċembru 1999.

Inez Casolani twieldet Bormla fil‑11 ta’ Ottubru 1915. Kienet għalliema iżda maż‑żwieġ waqfet mix‑xogħol u ddedikat ruħha għall‑familja u għall‑persuni fil‑bżonn, fosthom il‑morda fl‑isptarijiet. Minn età ċkejkna, kull nhar ta’ Ħamis filgħaxija kienet tagħmel siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija. L‑ispiritwalità ta’ Inez Casolani kienet mibnija fuq erba’ dimensjonijiet: it‑talb, il‑qari tal‑Kelma t’Alla, il‑mortifikazzjoni u l‑karità. Hi fieqet minn deni qawwi permezz ta’ relikwa ta’ San Ġorg Preca. Himietet fit‑13 ta’ Lulju 1992.

Il‑koppja Casolani żżewġet fl‑1944 fil‑Knisja ta’ Santu Wistin fil‑Belt Valletta. Huma għexu l‑ħajja miżżewga ta’ kuljum b’mod straordinarjament tajjeb. Kellhom tifla waħda, Cecilia Mary, li fl‑età ta’ 19 il‑sena ngħaqdet mas‑Sorijiet ta’ San Ġużepp tal‑Apparizzjoni. Is‑sena li għaddiet bdiet il-ħidma sabiex il‑fdalijiet tagħhom eventwalment jiġu trasferiti fil‑Knisja ta’ Santu Wistin fil‑Belt Valletta għall‑qima tal‑pubbliku.

PR 55 – CLOSING OF THE DIOCESAN INQUIRIES FOR THE BEATIFICATION AND CANONISATION OF HENRY AND INEZ CASOLANI

Archbishop Charles Scicluna will preside over the closing of the diocesan inquiries into the lives of Servants of God, Henry and Inez Casolani, on Friday, 5th July 2024, at St Augustine Church, Valletta. The celebration will begin at 6:15pm with the closing rite of the inquiries, followed by a Thanksgiving Mass which will be broadcast on Church.mt and Newsbook Malta. Henry and Inez Casolani are exemplary models of Servants of God in marriage, family and everyday life.

The process for their beatification and canonisation started in 2015 with the establishment of a tribunal. Over the past eight years, numerous witnesses have been heard and extensive documentation has been collected regarding the couple’s holy lives, their reputation for holiness and the wonders attributed to them.

Servants of God Henry and Inez Casolani

Henry Casolani was born in Valletta on the 25th November 1917. Obedience, humility, and charity were Henry’s defining characteristics. He was a draughtsman and created a workplace environment imbued with the spirit of the Gospel. Known to many as “the apostle of peace,” Henry faced much discouragement and tribulation which he united with Jesus’ passion. Notably, he experienced an inexplicable healing of his sight through the intercession of Blessed Sister Maria Adeodata Pisani. Henry Casolani passed away on the 29th December 1999.

Inez Casolani was born in Cospicua on the 11th October 1915. She was a teacher who upon her marriage dedicated herself to her family and helping those in need, including the sick in hospitals. From a young age, she spent an hour of adoration before the Blessed Sacrament every Thursday evening. Inez’s spirituality was founded on four pillars: prayer, reading God’s word, mortification and charity. Through a holy relic of St George Preca, Inez Casolani recovered from a severe fever. Inez Casolani passed away on the 13th July 1992.

The Casolani couple married in 1944 at St Augustine’s Church in Valletta. They lived their day-to-day married life extraordinarily well. They had one daughter, Cecilia Mary, who joined the Sisters of St Joseph of the Apparition at the age of 19. Last year, work began on transferring their remains to St Augustine’s Church in Valletta for public veneration.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading