Il-Papa ser jiftaħ Porta Santa fil-ħabs l-għada tal-Milied

Il-Papa Franġisku se jiftaħ il-Bieb Qaddis fil-ħabs Ruman, fil-festa ta’ San Stiefnu

Il-Papa Franġisku se jiftaħ il-Bieb Qaddis fil-ħabs ta’ Rebibbia ta’ Ruma fis-26 ta’ Diċembru, f’jum il-festa ta’ San Stiefnu. Se jkun it-tieni minn ħames Bibien Qaddisa li l-Qdusija Tiegħu se jiftaħ matul is-Sena tal-Ġublew tat-Tama 2025 li se ssiru mill-24 ta’ Diċembru 2024 – Lejlet il-Milied – sas-6 ta’ Jannar 2025, il-festa tal-Epifanija.

Ara aħtar fuq il-Ġublew 2025 …

Skont l-Arċisqof Rino Fisichella, pro-prefett tad-Dikasteru għall-Evanġelizzazzjoni, dan il-ftuħ tal-Bieb Qaddis, fil-ħabs Ruman se jkun “simbolu għall-ħabsijiet kollha mxerrda madwar id-dinja”.

“Fis-sena tal-Ġublew, aħna msejħin biex inkunu sinjali tanġibbli ta’ tama għal tant aħwa li jgħixu f’kundizzjonijiet ta’ tbatija,” qal Fisichella lill-ġurnalisti nhar it-Tnejn, filwaqt li kkwota direttament il-Bolla ta’ indizzjoni tal-Papa Franġisku tad-9 ta’ Mejju ‘Spes Non Confundit’ (It-Tama ma tqarraqx). “Naħseb fil-priġunieri li, mċaħħda mil-libertà tagħhom, kuljum iħossu l-ħruxija tad-detenzjoni u r-restrizzjonijiet tagħha, nuqqas ta’ affezzjoni, u f’aktar minn ftit każijiet, nuqqas ta’ rispett,” kompla.

Matul is-Sena tal-Ġublew tat-Tama 2025, il-Papa Franġisku qed jappella lill-gvernijiet minn madwar id-dinja biex jieħdu inizjattiva biex jirrestawraw id-dinjità lill-priġunieri li “jimxu id f’id ma’ impenn konkret għar-rispett tal-liġi”. “Nipproponi lill-gvernijiet, li matul is-sena tal-ġublew jieħdu inizjattivi li jerġgħu jġibu t-tama, forom ta’ amnestija jew maħfra li jgħinnu lin-nies jerġgħu jiksbu fiduċja fihom infushom u fis-soċjetà, modi ta’ integrazzjoni mill-ġdid fil-komunità,” taqra l-Bolla Papali.

Skont l-Arċisqof Fisichella, l-Italja hija l-ewwel pajjiż li ffirma ftehim ta’ “amnestija” mal-Vatikan (11 ta’ Settembru 2024), li se jidħol fis-seħħ matul is-Sena Qaddisa.

Filwaqt li l-ftuħ tal-Bieb Qaddis fis-26 ta’ Diċembru fil-ħabs ta’ Rebibbia huwa l-ewwel darba li Papa se jiftaħ Bieb Qaddis f’ħabs fl-istorja tal-ġublew fil-Knisja Kattolika; l-Papa Franġisku kien fetaħ “bieb tal-ħniena” f’ħabs Ruman, matul is-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena, fl-2015, bħala sinjal tanġibbli tal-maħfra ta’ Alla.      

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.catholicnewsagency.com/news/260131/pope-francis-to-open-holy-door-in-roman-prison-on-feast-of-st-stephen-for-2025-jubilee

Ara aħtar fuq il-Ġublew 2025 …

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading