Il-Papa Franġisku jitlob għall-paċi f’pajjiżi mifnija mill-gwerra

Waqt li kien qed isellem lill-pellegrini li jitkellmu bit-Taljan, fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa, l-Papa Franġisku appella biex ma ninsewx il-pajjiżi mifnija mill-gwerra. “L-aħwa, l-Ukrajna qed tbati! Ejjew ma ninsewx l-Ukrajna”, enfasizza l-Papa. Bl-istess mod, kompla, “ma ninsewx il-Palestina, l-Iżrael, il-Myanmar u tant nazzjonijiet fi gwerra”.

Il-Qdusija Tiegħu dawwar l-attenzjoni tiegħu fuq grupp ta’ 153 Palestinjan innoċenti li aktar kmieni dan ix-xahar ġew sparati u maqtula. Waqt li jaħseb fihom, temm jgħid:

“Ejjew nitolbu għall-paċi. Għandna bżonn ħafna paċi!”

Fl-awguri tiegħu lill-pellegrini Pollakki, l-Papa Franġisku fakkar, li kienu għadhom kemm iċċellebraw il-Jum Nazzjonali tal-Indipendenza. Fil-11 ta’ Novembru 1918, il-Polonja kienet kisbet l-indipendenza tagħha. “Fil-preokkupazzjonijiet personali, familjari u soċjali tagħkom”, ħeġġeġ il-Papa, “itolbu l-għajnuna ta’ Omm Alla, Reġina tal-Polonja, li ħarset lin-nazzjon tagħkom f’ħafna żminijiet diffiċli,” hekk kif fakkar kil il-poplu Pollakk kellu “jiġġieled” għall-awtonomija tiegħu, “anke bir-Rużarju f’idejh”.  

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-11/pope-francis-prays-for-peace-for-countries-battered-by-war.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading