Il-Papa jibgħat ittra lill-parteċipanti fil-konferenza tal-ħarsien tal-vulnerabbli

Madwar 25 pajjiż minn madwar l-Ewropa ngħaqdu flimkien f’Ruma biex jipparteċipaw f’konferenza ddedikata għall-isforzi kontinwi tal-Knisja biex tipproteġi lil dawk l-aktar vulnerabbli. Mit-13 sal-15 ta’ Novembru, l-Kummisjoni Pontifiċja għall-Ħarsien tal-Minuri qed tospita l-konferenza ‘Is-Salvagwardja fil-Knisja Kattolika fl-Ewropa’ L-għan tiegħu hu, li jkompli l-ħidma tan-Netwerk Ewropew dwar il-ħarsien li bdiet f’Varsavja, l-Polonja fl-2021.

Il-Qdusija Tiegħu esprima t-tama tiegħu li l-konferenza toħloq netwerk ta’ “nies u prattiki tajbin” immirat lejn il-qsim tal-informazzjoni u l-appoġġ lil xulxin fl-isforzi tagħhom biex jipprovdu programmi effettivi u sostenibbli. Huwa ħeġġeġ lill-parteċipanti biex joħolqu inizjattivi li “jipprovdu faraġ u għajnuna lil dawk li batew, bħala sinjal tat-tħassib tal-Knisja għall-ġustizzja, l-fejqan u r-rikonċiljazzjoni”.   

Mitt rappreżentant, minn isqfijiet u saċerdoti, sa lajċi u nisa, inklużi vittmi u superstiti, minn 25 pajjiż Ewropew inġabru f’Ruma għal din il-konferenza. Il-konferenza bdiet uffiċjalment b’messaġġ bil-vidjo mill-Kardinal Seán O’Malley, Arċisqof ta’ Boston u President tal-Kummissjoni Pontifiċja għall-Ħarsien tal-Minuri.

Il-Kardinal enfasizza d-diversità tal-Ewropa, li “toffrilna l-għerf tal-kulturi, l-lingwi, l-etniċi, u r-reliġjonijiet.” Huwa esprima t-tama tiegħu li dawn id-differenzi jistgħu jgħinu “jirranġaw il-ħsara kkawżata lit-tfal, issa adulti” li sofrew abbuż fil-Knisja Kattolika.

Filwaqt li saħaq fuq l-importanza li tingħata vuċi lill-vittmi u s-superstiti, il-Kardinal O’Malley qal li “t-tfal huma ċentrali għall-fidi tagħna.” Huwa enfasizza l-ħtieġa li wieħed imexxi b’kompassjoni, filwaqt li jsegwi wkoll “proċess xieraq fl-investigazzjoni tal-allegazzjonijiet.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-11/pope-francis-letter-safeguarding-conference-protection-of-minors.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading