Żgur li fl-aħħar xhur kien fuq fomm kulħadd it-trasferiment tal-skola primarja tal-Belt Victoria mill-binja antika fi Triq Vajrinġa għal waħda ġdida, kif kien ilu mistenni s-snin. Issa li dan seħħ, ir-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex tagħti titwila interessanti lejn l-istorja ta’ 168 sena tal-binja l-qadima fiċ-ċentru storiku ta’ beltna u tistaqsi hux isir l-aħjar użu minnha biex tibbenefika wkoll il-Librerija storika fis-sular ta’ fuq. Iċ-ċentinarju mill-mewt tal-kompożitur Giacomo Puccini jagħti spunt biex jesplora r-rabta tal-opri tiegħu ma’ Għawdex, waqt li naqraw ukoll fuq esperjenza Għawdxija f’Santiago de Compostela, il-50 anniversarju tal-iSpigolatrici della Chiesa, u apprezzament meritat lil Mro Stephen Attard li ħalliena m’ilux.
