Fi tmiem l-Udjenza Ġenerali tiegħu tal-Erbgħa, fi Pjazza San Pietru, l-Papa Franġisku ġedded l-appell mil-qalb tiegħu għall-paċi u s-solidarjetà għal dawk li qegħdin ibatu mill-gwerra, speċjalment fl-Ukrajna u fl-Art Imqaddsa. L-appell tiegħu wasal ftit sigħat biss wara li kmieni l-Erbgħa daħal fis-seħħ waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u Hezbollah.
“Ejjew ma ninsewx lill-poplu Ukren mifluġ, u li qed isofri ħafna,” qal. “U ejja nitolbu wkoll għall-paċi fl-Art Imqaddsa, l-Palestina u l-Iżrael, fejn in-nies tant qed isofru.”
Meta sellem lill-pellegrini Pollakki, l-Papa ħeġġeġ lil kulħadd biex inkunu “karitatevoli u paċifiċi” billi jappoġġjaw lin-nies li qed ibatu fl-Ukrajna. Miljun ta’ nies qed jiffaċċjaw xitwa oħra ta’ friża mingħajr apparat li jsaħħan, minħabba mewġiet kontinwi mir-Russja fuq l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna.
“F’dinja mgħaddsa fid-dulur tal-gwerer u l-kriżijiet, ejjew inħabbru l-ferħ tal-Evanġelju permezz ta’ ħajjitna mibdula bil-preżenza ta’ Alla.”
Huwa talab lil grupp ta’ tfal Taljani li kienu qed jattendu l-Udjenza Ġenerali, biex ma jinsewx jitolbu, b’mod speċjali għat-tfal u ż-żgħażagħ Ukreni. “Aħsbu fit-tfal u ż-żgħażagħ Ukreni li qed isofru f’dan iż-żmien mingħajr ma jistgħu jisaħħnu f’xitwa ħarxa ħafna,” qal.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-11/pope-calls-for-solidarity-with-war-torn-ukraine-and-holy-land.html