Il-Papa jħeġġeġ liż-żgħażagħ li qed jaħdmu biex iġibu l-paċi fl-Art Imqaddsa, biex “iżommu t-tama ħajja”.
It-Tnejn filgħodu, l-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ delegazzjoni ta’ żgħażagħ mill-Kunsill Universali tal-Paċi. Huwa appella lill-parteċipanti, li ġew minn sfondi reliġjużi u kulturali differenti, biex iqiegħdu t-tama, d-djalogu u r-rikonċiljazzjoni fil-qalba tal-ħidma tagħhom bħala “artiġjani kbar tal-paċi”.
Fl-indirizz tiegħu, l-Papa faħħar l-impenn tad-delegati żgħażagħ għall-paċi fl-Art Imqaddsa, li, qal, “għal darba oħra nħakmet fis-sħab mudlam tal-kunflitt.” U enfasizza li, minħabba l-idealiżmu u l-kreattività tagħhom, iż-żgħażagħ jista’ jkollhom rwol ewlieni fil-proċess ta’ paċi.
Madankollu, saħaq il-Papa, l-ħidma mhix waħda faċli, u għal din ir-raġuni offra “tlett punti qosra” għal riflessjoni. Il-Qdusija Tiegħu enfasizza liż-żgħażagħ għandhom il-ħila li jfejqu ġrieħi antiki u jwarrbu l-preġudizzji. Fl-istess ħin, wissa kontra l-periklu tal-“ideoloġija”, u qal li tfixkel “il-kreattività” u “r-rieda li jsir il-ġid”. “Ġibda mhux sagħna għall-weġgħat tal-passat u l-preġudizzji,” saħaq il-Papa, “qatt ma jistgħu jwasslu għal paċi vera u dejjiema”.
“Id-djalogu huwa l-unika mod għall-paċi,” saħaq il-Papa, li appella liż-żgħażagħ biex ifittxu qrubija mal-oħrajn u jippromwovu l-fehim reċiproku. Huwa kompla jikkwota mill-enċiklika tiegħu Fratelli tutti: “Permezz tad-djalogu, ż-żgħażagħ jistgħu jsiru artiġjani kbar tal-paċi.”
Il-Papa Franġiksu mbagħad kompla jitkellem dwar l-importanza tat-tama, speċjalment quddiem il-gwerra, l-faqar u diskriminazzjoni. Problemi bħal dawn, qal, “jistgħu jwassluna biex naħsbu li l-impenn tagħna fid-djalogu huwa għalxejn għax ftit jipproduċi riżultati konkreti”.
F’mumenti meta niġu ittentati minn ħsibijiet bħal dawn, qal il-Papa, mportanti li “niftakru li kull ħaġa li nagħmlu mhix faċli. Jeħtieġ sagrifiċċju u rieda li kuljum nerġgħu nimpenjaw ruħna, speċjalment meta l-affarijiet jidhru li ma jmorrux kif xtaqna.”
Il-Papa temm id-diskors tiegħu, billi ħeġġeġ lill-udjenza tiegħu biex “iżommu t-tama ħajja”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-11/pope-urges-young-holy-land-peacemakers-to-keep-hope-alive.html