L-Ewkaristija quddiem il-vjolenza

Minn Joe Galea

Kemm l-ewwel kif ukoll it-tieni qari tal-Quddiesa tal-lum, it-28 ta’ Novembru, isemmi tħabbir ta’ inkwiet u distruzzjoni. Din hi profezija li tixgħel dawl aħmar fi żmienna meta dawn huma ħwejjeġ li qed naraw fid-dinja llum.

Fil-qalba ta’ dawn id-diżastri, nistgħu niftakru f’rakkont ta’ Patri Timothy Radcliffe, meta reġa’ lura mir-Rwanda fi żmien il-ġenoċidju tal-1994. F’dak il-ġenn ta’ qtil, il-ġest li  seta’ jagħmel ma’ ħutu l-patrijiet u s-sorijiet Dumnikani kien li jiċċelebraw l-Ewkaristija.

Quddiem vjolenza hekk ħarxa, seta’ biss iwieġeb bil-vjolenza ħelwa tal-imħabba ta’ Ġesu, li xerred demmu għall-kotra, għall-maħfra tad-dnubiet, tad-dnubiet kollha. Għalhekk li l-ewwel qari tal-lum mill-Apokalissi jispiċċa bi stedina sabiħa: “Ħienja dawk li kienu mistiedna għall-mejda tat-tieġ tal-Ħaruf!” U għal-lum ngħidu: “Ħienja dawk li qed jieħdu sehem fil-Quddiesa u fit-Tqarbin!”

Din l-istedina hi għalina wkoll, proprju llum li (fl-Istati Uniti) jkun ċelebrat Thanksgiving Day. Mela tħallix li jgħaddi dan il-jum mingħajr ma tkun ilqajt l-istedina tal-Apokalissi u ħadt sehem fil-Quddiesa.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading