minn Manwel Cutajar
Fl-udjenza Ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Novembru, 2024,il-Papa Franġisku ħabbar li l-BEATU CARLO ACUTIS se jiġi ddikjarat uffiċjalment QADDIS Nhar il-Ħadd,25 ta’ April 2025 waqt tmiem il-ġimgħa ddedikata lill-Adoloxxenti (25-27 April) bħala parti mill-Ġublew tal-2025.
Il-Beatu Carlo Acutis,hu magħuf bħala żagħżugħ li kellu imħabba u devozzjoni kbira lejn is-Sagrament Wisq Qaddis tal-Ewkaristija.Wieħed mill-proġetti tiegħu kien is-sit tal-internet li fih Carlo kkataloga I52 Miraklu Ewkaristiku approvati mill-Knisja Kattolika.
Carlo huwa sors ta’ ispirazzjoni reliġjuża,u bil-qdusija u bl-imħabba tiegħu lejn Ġesù Ewkaristiku u bil-qalb tajba u l-ġenerożità tiegħu hu ta’ eżempju mill-aqwa għal ħafna nies fosthom iż- żgħażagħ.
Bijografija qasira ta’ Carlo
3 ta’ Mejju,1991 – Carlo twieled Londra mill-ġenituri Andrea Acutis u Antonia Salzano.
18 ta’ Mejju,1991 – Ġie mgħammed fil-Knisja tal-Madonna ta’ Dolours,f’Chelsea,l-Ingilterra.
8 ta’ Settembru,1991 – Carlo mal-ġenituri tiegħu mar jgħix f’Milan,l-Italja.
16 ta’ Ġunju,1998 – Ta’ seba’ snin irċieva l-Ewwel Tqarbina tiegħu fil-Kunvent tas-Sorijiet Romite ta’ Sant’Ambroġio,f’Perego,l-Italja.
24 ta’ Mejju,2003 – Huwa rċieva s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-knisja ta’ Santa Maria Segreta f’Milan.
Settembru 1997 – Huwa beda jattendi l-iskola Primarja fl-Istituto San Carlo f’Milan.
F’Settembru,2005 – Carlo kompla fl-iskola Sekondarja tal-Ġiżwiti Istituto Leone XIII.
2004-2006 – Carlo kien iħobb ħafna jilgħab il-futbol,u jivvjaġġa f’diversi pajjiżi mal-ġenituri tiegħu biex jiddokumenta l-Mirakli Ewkaristiċi fil-websajt li ħoloq apposta.
2 ta’ Ottubru,2006 – Carlo marad b’infjammazzjoni fi griżmejh.Jiem wara l-kundizzjoni tiegħu ggravat sew.
8 ta’ Ottubru,2006 – Ġie djanjostikat b’leukemia rari u akuta.
11 ta’ Ottubru,2006 – Carlo daħal f’koma kkważata minn emorraġija f’moħħu.
12 ta’ Ottubru,2006 – Huwa miet fis-6.45 am fl-isptar f’Monza,fl-età ta’ 15-il sena.
Fit-23 ta’ Jannar, 2019 il-katavru tiegħu ġie eżumat,u fis-6 ta’ April 2019,il-ġisem tiegħu ġie ttrasferit lejn il-knisja ta’ Santa Maria Maggiore,f’Assisi,fejn jinsab esebit ġewwa urna tal-ħġieġ (ritratt).
Proċess tal-Kanonizazzjoni ta’ Carlo Acutis:
12 ta’ Ottubru,2012 – id-Djoċesi ta’ Milan tat bidu għall-Kawża tal-Beatifikazzjoni tiegħu.Iddikjarat Serv ta’ Alla.
12 ta’ Ottubru,2013 – Mattew Vianna,tifel Brażiljan ta’ 4 snin fieq minn marda konġenitali li affettwatlu l-frixa tiegħu wara li bies il-relikwa ta’ Carlo f’Campo Grande,fil-Brażil.
5 ta’ Lulju,2018 – Il-Papa Frangisku kkonferna l-virtujiet erojċi ta’ Carlo,u ddikjarah Venerabbli.
14 ta’ Novembru,2019 – Id-Dikasteru tal-Vatikan għall-Kawżi tal-Qaddisin,approva l-fejqan mirakoluż ta’ Mattew b’interċezzjoni ta’ Carlo.Il-Papa Franġisku kkonferma l-awtentiċità tal-miraklu attribwit lil Carlo li wassal għall-beatifikazzjoni tiegħu.
10 ta’ Ottubru,2020 – Carlo ddikjarat Beatu.
23 ta’ Mejju,2024 – F’digriet uffiċjali l-Papa Franġisku rrikonoxxa t-tieni miraklu li seħħ ukoll bl-interċessjoni tal-Beatu Carlo Acutis,u ffirma digriet għall-Kanonizazzjoni tal- Carlo.Dan wara li d-Dikasteru tal-Vatikan għall-Kawża tal-Qaddisin approva l-fejqan mirakoluż ta’ Valeria Valverde, studenta ta’ 21 sena mill-Costa Rica,li ġarrbet ġrieħi gravi f’rasha f’inċident bir-rota f’Firenze. u kienet f’periklu li titlef ħajjitha.
