Minn DAniel Borg
Fl-Angelus tal-lum il-Papa jgħidilna li l-Vanġelu tal-lum jagħtina wieħed mill-isbaħ u l-iktar mumenti mportanti fl-istorja tal-bniedem: l-Annunċazzjoni (Lq 1, 26-38), meta permezz tal-“iva” tagħha lill-Arkanġlu Gabriel seħħet l-Inkarnazzjoni, tal-Iben ta’ Alla Ġesu’.
Il-Papa jgħid li Alla permezz tal-anġlu jiddjaloga ma’ din ix-xbejba u jitlob l-għajnuna tagħha għal dan il-proġett ta’ salvazzjoni. Marija hija xebba minn raħal żgħir fil-periferija, li tissejjaħ fiċ-ċentru tal-istorja tal-umanita’. Mill-“iva” tagħha jiddependi l-futur tal-bniedem li jista’ jerġa’ jittama. Marija kif isejħilha Gabriel hija “l-mimlija bil-grazzja” (Lq 1, 28) l-Immakulata, li qegħda kompletament għas-servizz tal-Kelma ta’ Alla, u li fiH tintelaq kompletament. U l-Papa jagħmlilna mistqosija fundamentali: fejn in poġġu aħna t-tama tagħna? Fis-saħħa, fil-flus, u fil-ħbiberiji influwenti? Jew fil-ħniena kbira ta’ Alla, fejn verament għandha tkun it-tama tagħna?
Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq facebook fuq din il-ħolqa: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0ftE33LTJAyrG2T9kghFCFxctf5o69Gn6UfCpmwABhkXT7F9RaNKxp9RZEMD58cfjl