Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill‑Arċisqof fi żmien il‑Milied u l‑bidu tas‑sena l‑ġdida

Fi żmien il‑Milied l‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi għadd ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Dawn jibdew f’lejlet il‑Milied u huma miftuħin għall‑pubbliku. 

It‑Tlieta, 24 ta’ Diċembru, Monsinjur Arċisqof imexxi l‑ewwel għasar tal‑Milied u wara jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Vġili f’lejlet il‑Milied, fil‑5:15pm fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Wara, fil‑11:15pm, jibda l‑Uffiċċju tal‑Qari u kant ta’ għanjiet tal‑Milied, u ssir l‑prietka tat‑tifel fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina. F’nofsillejl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din tixxandar mill-11:30pm fuq TVM, Knisja.mtNewsbook Malta u RTK 103. 

L‑Erbgħa, 25 ta’ Diċembru, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu f’Jum il‑Milied fid‑9:30am, fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mtNewsbook Malta u RTK 103.

It‑Tlieta, 31 ta’ Diċembru, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla fi tmiem is‑sena u fi tmiem il‑quddiesa jitkanta t‑Te Deum u tingħata l‑Barka Sagramentali. Din se ssir fis‑5:45pm, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

L‑Erbgħa, l‑1 ta’ Jannar 2025, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità ta’ Marija Omm Alla u fil‑Jum Dinji tal‑Paċi fid‑9:30am, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mtNewsbook Malta u RTK 103.

ll‑Ħadd 5 ta’ Jannar 2025, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal‑Epifanija tal‑Mulej fid‑9:30am fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mtNewsbook Malta u RTK 103.


Liturgical celebrations by the Archbishop during Christmas and at the beginning of the new year

During Christmas, Archbishop Charles Jude Scicluna will lead a series of liturgical celebrations that commence on Christmas Eve and are open to the public.

On Tuesday, 24th December, the Archbishop will preside over the First Vespers at 5:15pm and subsequently lead the Vigil Mass on Christmas Eve at St John’s Co‑Cathedral, Valletta.

At 11:15pm, the Office of Readings, Christmas carol singing and the child’s sermon will take place at St Paul’s Cathedral in Mdina. At midnight, the Archbishop will preside over Midnight Mass. The celebration will be broadcast live from 11:30om on TVM, Church.mtNewsbook Malta and RTK 103. 

On Wednesday, 25th December, the Archbishop will celebrate Christmas Day Mass at 9:30am at St Paul’s Cathedral in Mdina. This will also be broadcast on TVM, Church.mtNewsbook Malta and RTK 103.

On Tuesday, 31st December, the Archbishop will celebrate a Thanksgiving Mass at 5:45pm at St John’s Co‑Cathedral in Valletta, marking the conclusion of the year. The Mass will be followed by the singing of the Te Deum and the imparting of theSacramental Blessing.

On Wednesday, 1st January 2024, at 9:30am, the Archbishop will celebrate Mass on New Year’s Day at Dar tal‑Providenza in Siġġiewi and this will be broadcast on TVM, Church.mtNewsbook Malta and on radio station RTK 103. 

On Sunday, 5th January 2024, the Archbishop will preside over an Epiphany Mass at St John’s Co‑Cathedral in Valletta. Mass will be broadcast on TVM, Church.mtNewsbook Malta and RTK 103.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading