Iż-żjara ta’ Marija lill-qariba tagħha Eliżabetta

Il-Vanġelu tal-aħħar Ħadd tal-Avvent jitkellem miż-żjara ta’ Marija lill-qariba tagħha Eliżabetta (Luqa 1: 39-45). It-tnejn kienu qed jistennew iben, u t-tnejn kienu ferħanin f’din l-istennija.

Il-Papa fl-Angelus jgħid li forsi aħna nistgħu nħossuhom imbegħdin. Wara kollox dawn għexu ħafna żmien ilu. Imma l-messaġġ li l-evanġelista jixtieq jagħtina f’dawn il-ġranet qrib il-Milied, huwa totalment il-kontra ta’ dan. L-evanġelista Luqa jixtieqna li nħossu dawn iż-żewġ nisa iktar qrib tagħna, li aħna nħossu li l-miraklu li seħħ iktar minn elfejn sena ilu f’dawn iż-żewġ nisa qed iseħħ kuljum madwarna f’kull tarbija li titwieled. Il-Papa infatti jħeġġiġna nerġgħu niskopru id-don tal-ħajja biex il-ferħ qaddis li ħassew Marija u Eliżabetta jerġa’ jinbet fina llum.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0F45chTZJZFvdJw8Gk1F2M6ewPjrjCUcsDcbK2KuYzTYWDh7vGB9efzvQKHv3XPzDl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading