Il-Mużew Dar Karmni Grima flimkien mas-Santwarju Ta’ Pinu qed jorganizza kompetizzjoni għat-tfal, bit-tema ‘Napprezzaw id-Dar Maltija’. Din il-kompetizzjoni qed tiġi organizzata biex inrawwmu fit-tfal aktar apprezzament lejn l-elementi li jsawwru d-dar tipika Maltija.
Il-kompetizzjoni hija miftuħa għat-tfal sa tnax-il sena. Ix-xogħol li jiġi ppreżentat għandu jkun oriġinali u kreattiv. Jista’ jkun f’forma ta’ arti viżiva (ritratt/pittura/disinn) jew mudell (l-użu ta’ materjal riċiklat huwa mħeġġeġ).
Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu lis-Santwarju jew imwassla fil-ħanut tas-Santwarju Ta’ Pinu jew il-Mużew ta’ Karmni Grima fil-ħinijiet tal-ftuħ.
Kull parteċipant għandu jimla’ l-formula ta’ parteċipazzjoni.
Sottomissjonijiet jiġu aċċettati sa nhar il-Ħadd 26 ta’ Jannar 2025.
Is-sottomissjonijiet se jiġu esebiti matul ix-xahar ta’ Frar f’esebizzjoni fil-Mużew Dar Karmni Grima. Dħul b’xejn matul ix-xahar ta’ Frar għat-tfal li ħadu sehem fil-kompetizzjoni.
Ftuħ tal-esebizzjoni: nhar is-Sibt 1 ta’ Frar 2025.
Tliet premijiet x’jintrebħu filwaqt li t-tfal kollha li jieħdu sehem jingħataw tifkira.
Għal aktar tagħrif …
https://www.facebook.com/photo?fbid=1154519073346187&set=a.506294831501951
