Il-Papa Franġisku ta bidu għall-Ġublew tat-Tama bil-ftuħ tal-Bieb Qaddis tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan nhar lejlet il-Milied.
Il-Papa awgura dan il-Ġublew Ordinarju li jseħħ kull 25 sena. Dan se jintemm fis-6 ta’ Jannar tal-2026 fis-Solennità tal-Epifanija tal-Mulej.
Storikament, l-oriġini tad-drawwa tmur lura għall-Papa Martin V li, għall-Ġublew Straordinarju tal-1423, fetaħ Bieb Imqaddes biex jidħol fil-Bażilika tal-Lateran. F’San Pietru, intuża għall-ewwel darba għall-Ġublew tal-1450.
Hu talab biex matul din is-Sena Qaddisa, id-dawl tat-tama jillumina lil kulħadd, bħala messaġġ tal-imħabba t’Alla indirizzat b’mod personali lil kull bniedem fuq wiċċ din l-art. Kompla jgħid, “j’Alla l-Knisja tagħti xhieda fidila ta’ dan il-messaġġ f’kull parti tad-dinja.”
Papa Franġisku ħeġġeġ għat-talb, biex matul din is-sena nippreparaw rwieħna biex il-Ġublew tassew issaħħaħ il-fidi tagħna u hekk nagħrfu li Kristu rebbieħ jinsab fostna u jixtieq jittrasforma lil kull Nisrani f’pellegrin ta’ tama.
Fl-omelija, hu qal, “F’Emmnuel, ‘Alla magħna,’ insibu t-tama tagħna.”
“Jekk Alla jista’ jżurna, anke meta qalbna tidher qisha maxtura umli,” kompla l-Papa fl-omelija tiegħu, “nistgħu tassew ngħidu: It-tama mhix mejta; it-tama hija ħajja u se tkun parti minn ħajjitna għal dejjem!”. Intqal li bil-mod kif infetaħ dan il-bieb Alla qed jgħidilna li hemm it-tama għalina lkoll!