Kitba ta’ Francesco Pio Attard
Fl-10 ta’ Frar niċċelebraw in-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta u hekk ġieb lill-missirijietna l-fidi nisranija.
1• F’Malta San Pawl għamel il-ġid
Għalkemm il-miġja tiegħu f’Malta ma kinitx ippjanata madamkollu accettaha bħala rieda ta’ Alla. L-ewwelnett meta huma kienu milqugħa għand Publiju, il-Ħakem tal-gżira, għal tlitt ijiem fejjaq lil missieru. Dan kien marid bid-disinterija u : “Daħal Pawlu ħdejh, talab, qiegħed idejh fuqu u fejqu” (Atti 28, 8). L-Atti tal-Appostli wara jgħidilna: “Wara dan,il-morda kollha li kien hemm fil-gżira ġew għandu u kienu imfejqin” (28,9).
Għalkemm l-Atti ma jgħidulniex li huwa kien jipprietka lill-Maltin ta’ dak iż-żmien madankollu nimmaginaw li wasslilhom l-Evanġelju. Żġur li l-ħeġġa tiegħu għax-xandir tal-aħbar it-tajba ma ħallitux b’idejh fuq żaqqu u dawn it-tliet xhur li dam hawn żgur li għamel dak li seta’ biex Ġesù jkun magħruf u maħbub.
L-Atti tal-Appostli jgħidulna li huwa u sħabu li kien hemm fil-ġifen għamlu ħbieb ma’ missirijiet tant li fl-istess ktieb insibu: “Huma wrewna ġieħ kbir u, u x’ħin konna sa nitilqu, tawna kull ma konna neħtieġu” (23, 10).
F’kelma waħda l-miġja ta’ San Pawl f’Malta għalkemm mhix ippjanata skont il-kalkoli tal-bnedmin iżda mill-providenza ta’ Alla ħalliet ġdid kbir. Din il-ġrajja hija tant kbira li għadna niċċelebrawha sal-ġurnata tal-lum.
2• Il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi
Din l-istorja turina dak li l-qawl Malti jgħidilna: “Il-bniedem jipproponi imma Alla jiddisponi.” San Pawl ma ppjanax li jiġi Malta iżda l-providenza ġabitu Malta biex jagħmel il-ġid.
Allura jkun hemm min jistaqsi jekk huwiex aħjar li ma nippjanaw xejn iżda nħallu kollox jieħu l-kors tiegħu. Dan huwa raġunament ħażin. Proverbju Ingliż jgħidilna: “Do your best and God will do the rest” jiġifieri wieħed għandu jagħmel mill-aħjar li jista’ u mbagħad Alla jagħmel il-bqija.
Hekk huwa tajjeb li wieħed jippjana. Fil-fatt San Pawl skont l-Atti ippjana tliet vjaġġi missjunarji iżda dejjem kien flessibbli biex ixandar lil Kristu fejn iridu. Ta’ min isemmi li meta kien fi Troas kellu dehra. L-Atti tal-Appostli jgħidilna: “Bil-lejl Pawlu kellu dehra; raġel Maċedoni kien wieqaf u jitolbu: ‘Għaddi l-Maċedonja għinna.’ KIf ra d-dehra, malajr ħsbina biex nitolqu għall-Maċedonja, għax fħimna li Alla kien sejħilna bikex inxandrujlhom l-Evanġelju” (16, 9).
Għalhekk nitgħallmu li meta nippjanaw xi ħaġa fl-istess ħin irridu nkunu lesti li nkunu flessibbli biex nibdlu xi affarijiet mill-pjanijiet tagħna jew nabbandunawhom. Fil-fatt jekk inkunu disposti li naraw Alla xi jrid minna għandna nqisu li huwa jkellimna permezz tal-Knisja, tal-kmandamenti, permezz tal-Evanġelju, u permezz tal-ġrajja.
3• Alla jkellimna permezz tal-ġrajja
Fin-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta nsibu li Alla kellem lil San Pawl permezz tal-ġrajja. U din il-ġrajja kienet it-tempesta, li minnha nnifsha kienet xi ħaġa negattiva. Dan ma jfissirx li meta tiġrilna xi ġrajja negattiva ser nieħdu gost biha. Iżda nagħmlu li nistgħu li nħalluhiex tkissirna u nitolbu. Fil-fatt hekk għamel San Pawl waqt it-tempesta.
L-ewwelnett l-Appostlu tal-ġnus lanqas ħa gost b’dak li ġara u ċanfar lil dawk li kienu resposabbli mix-xini u ssugraw vjaġġ fi żmien perikoluż għat-tibħir. Hekk qalilhom: “Irġiel, kien imisskom tisimgħu minni u ma titilqux minn Kreta, u konna neħilsu minn dan il-periklu u minn din il-ħsara” (Atti 27, 21). Iżda huwa kkonkluda l-eżortazzjoni tiegħu billi qalilhom: “Għalhekk agħmlu l-ħila, irġiel; jien nemmen f ʾAlla li hekk ikun kif qalli. Jeħtieġ li aħna naqgħu fuq gżira” (Atti 27, 25-26).
L-eżortazzjoni ta’ San Pawl turina li mill-iżbalji tal-bnedmin toħroġ anki r-rieda ta’ Alla. Il-qaddej ta’ Alla Dun Mikiel Attard kien iħobb jgħid: “Our disappointments are his appointments” jiġfieri id-diżappunti tagħna huma l-appuntamenti ta’ Alla.
L-istess qaddej ta’ Alla kien iħobb jgħid li għandna naċċettaw kollox f’Faith Vision jiġifieri b’viżjoni ta’ fidi. U proprju dan huwa li għamel San Pawl