Żmien ta’ purifikazzjoni u tiġdid spiritwali

Minn Daniel Borg

Papa Franġisku għadu rikoverat l-Isptar. Imma xorta bagħtilna l-messaġġ tiegħu għall-Angelus. Hu sejħilna biex fil-bidu ta’ din il-mixja tar-Randan nimpenjaw ruħna ħalli dan iż-żmien ikun għalina żmien ta’ purifikazzjoni u tiġdid spiritwali, mixja li fiha nikbru fil-fidi, fit-tama u l-karita’.

Huwa kellu wkoll kelma speċjali għall-volontarjat li propju llum ġie iċċelebrat l-Ġublew tal-volontarjat. Huwa qal kif fis-soċjetajiet tagħna li huma maħkumin mill-loġika tas-suq, u fejn l-uniku kriterju għal ħafna huwa t-tiftixa tal-profitt, il-volontarjat huwa profezija u sinjal ta’ tama, għax huwa xhieda tal-importanza tal-gratwita’, tas-solidarjeta, u tal-għajnuna għal min hu fil-bżonn. Għalhekk il-volontarjat jerġa’ jqajjem it-tama.

U f’dawn il-ħsibijiet il-Papa ma setax ma jsemmix ukoll il-kura li qed jirċievi fl-isptar, u l-kura li qed jirċievu l-morda minn dawk kollha li jaħdmu fl-isptar, u li hu jsejjaħ “il-miraklu tal-ħlewwa”. Hu jgħid kif din il-ħlewwa tgħin lil dawn il-morda f’dawn il-mumenti ta’ prova u tagħtihom xaqq ta’ dawl fid-dlam ta’ ħajjithom.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02WcXSHde433Y9hGrGnBfZ2vEy8bQB4qMXJD3rrYnQk4fgxZSS8CUgRML7FbapFxxUl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading