Eżerċizzi għall-aspiranti tas-Socjetà tad‑Duttrina Nisranija

17/03/2025: L-adolexxenti ta’ bejn it-13 u s-16-il sena li jattendu s-Socjetà tad‑Duttrina Nisranija fl-oqsma ta’ Malta iltaqgħu fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS bejn it-13 u l-15 ta’ Marzu 2025 għall-eżerċizzi tar-Randan bit-tema: Fejn Int Sejjer? 

Dawk li jattendu fl-oqsma ta’ Għawdex iltaqgħu f’diversi oqsma f’Għawdex stess għall-eżerċizzi tagħhom. Ir-riflessjonijiet kienu jiffukaw fuq il-fatt li bħala aspiranti, huma wkoll imsejħin biex ikunu pellegrini tat-tama. L-eżerċizzi għalqu b’mument ta’ skiet quddiem Ġesù Sagramentat. L-aspiranti kellhom ukoll is-servizz tas-Sagrament tal-Qrar.

Ir-riflessjonijiet kienu jiffukaw fuq il-fatt li bħala aspiranti, huma wkoll imsejħin biex ikunu pellegrini tat-tama. L-eżerċizzi għalqu b’mument ta’ skiet quddiem Ġesù Sagramentat. L-aspiranti kellhom ukoll is-servizz tas-Sagrament tal-Qrar.

Ara: https://sdcmuseum.org/mt/

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading