Direttur ġdid għall-Kummissjoni Migranti

02/04/2025: L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lir-Rev. Jesmond Schembri bħala Direttur tal‑Kummissjoni Migranti. Huwa qed jieħu post Dun Anton D’Amato li kien ilu jservi f’din il‑kariga għal kważi ħames snin.

Ritratt: L-Arċidjoċesi ta’ Malta

Il‑Kummissjoni Migranti ilha għal dawn l‑aħħar 75 sena tgħin lill‑emigranti Maltin u l‑familji tagħhom, kif ukoll lill‑immigranti li ġew f’Malta biex isibu kenn jew biex jaħdmu. Fost ħidmietha, il‑Kummissjoni toffri għajnuna lill‑immigranti biex jgħixu b’dinjità u tgħinhom fil‑proċess ta’ integrazzjoni fis‑soċjetà Maltija.

Rev. Jesmond Schembri gradwa fil‑Ħidma Soċjali mill‑Università ta’ Malta u dik ta’ Hull fir‑Renju Unit. Hu studja wkoll it‑Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

Huwa ġie ordnat djaknu tal-Knisja Griega-Kattolika f’Mejju 2023. B’esperjenza estensiva fil-ħidma soċjali, partikolarment fil-qasam tad-dipendenzi, ikkontribwixxa wkoll għall-iżvilupp tal-politika soċjali u ħadem fil-protezzjoni tad-data. Huwa ngħaqad mal-Kummissjoni Migranti f’Ottubru 2023.

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading