“ĦADD MA KKUNDANNAK, MARA?” “LE, SIDI.” “MELA LANQAS JIEN MA NIKKUNDANNAK…MUR U LA TIDNIBX IŻJED!”
Minn Fr Michael A. Galea
Kollox beda minn fuq il-post tax-xogħol. Jennifer, mara miżżewġa b’żewġt itfal, kienet taħdem bħala segretarja f’uffiċċju ta’ kumpanija kbira tal-aluminju, immexxija minn ċertu Peter Paul. Il-familja ta’ dan Peter Paul kienet sfaxxat fix-xejn: tliet snin qabel kien iddivorzja minn mal-mara tiegħu, uliedu kienu marru m’ommhom li nġabret ġo flat u hu baqa’ jgħix waħdu fid-dar li kellhom. Jennifer ukoll kellha problemi ma’ żewġha għax kienet tgħid li r-raġel tagħha kien ħsiebu fix-xogħol u ma tantx kien jagħti kasha…Ta’ sikwit kienu jitlewmu, jirrabjaw għal xulxin u jispiċċaw ma jitkellmux: jgħixu taħt saqaf wieħed imma kienu qishom kelb u qattus: imsieken it-tfal! Dawn il-problemi tagħha, Jennifer ma tkellmithomx ma’ xi saċerdot jew ma’ xi terrapista tal-familja, imma kienet tmur tgħidhom kollha lil Peter Paul u bejniethom nibtet ċerta kunfidenza li skont l-opinjoni tiegħi, ma kienet tajba xejn. Biex emozzjonalment u fiżikament tidher sabiħa ma’ Peter Paul ma tantx kienet tilbes deċenti: naħseb qegħdin tifhmuni x’irrid ngħid! Mela jum fost l-oħrajn, Jennifer u r-raġel tagħha tlewmu bl-ikrah: hi abbandunat il-familja tagħha u marret poġġiet ma’ Peter Paul li issa kien sar il-maħbub tagħha! Ma nafx ngħidilkom kif spiċċat l-istorja tagħha, imma wisq naħseb li din Jennifer u Peter Paul bdew jgħixu fid-dnub tal-koabitazzjoni, allura fid-dnub tal-adulterju. Sfortunatament, każijiet bħal dan li kont sibt f’rivista Ingliża, qed ikollna wkoll f’pajjiżna.
Qabel niġi għall-vanġelu ħa ngħidilkom kemm hu ikraħ id-dnub tal-adulterju. Don Angelo Comastri, jgħid hekk: “L-adulterju huwa mħabba marida b’doża qawwija ta’ velenu, imħabba mibdula f’istint jew passjoni annimaleska, ġisem mingħajr ruħ. L-adulterju huwa dnub li jittradixxi s-sens li Alla ta lill-imħabba: (naħsbu pereżempju fid-differenza li teżisti bejn omm u prostituta). Bħal dnubiet oħra, l-adulterju jista’ jsir fil-qalb. Ġesu’ qalilna ċar u tond: “Jekk raġel iħares lejn mara u jixtieqha f’qalbu jkun diġa’ għamel adulterju magħha.” (Mattew 5,27)
Ħa nagħmel erba’ riflessjonijiet…
L-ewwel riflessjoni. Il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li nqabdet tiżni fil-fatt. Dawn il-kittieba u l-Fariżej kienu stretti ħafna għal dik li hija osservanza tal-liġi l-qadima. Kittieb Ingliż jgħid għalihom: “Tant kellhom għamad fuq għajnejhom bil-ħafna suppervja tagħhom u bil-fatt li kienu jħossu lilhom infushom nies ġusti, li għalihom il-midinbin ma kien jistħoqilhom ebda maħfra. Minħabba f’hekk kellhom mibegħda u għira kbira għal Ġesu’ għax kif insibu fl-erba’ vanġeli, dan Ġesu’ kien jitħallat mal-midinbin, jiekol magħhom u jippridkalhom il-maħfra t’Alla.” Dan il-kittieb Ingliż ikompli jgħid: “Taħsbux li meta jindirizzaw lil Ġesu’ bħala ‘mgħallem’ dan qegħdin jagħmluh b’rispett lejh…Le, dan qegħdin jagħmluh b’disprezz għax f’moħħhom diġa’ kellhom il-ħsieb li jaqbduh f’xi ħaġa sabiex fuqha jakkużawh.”
It-tieni riflessjoni. Fiex kienet tikkonsisti n-nasba ta’ dawn il-kittieba u l-Fariżej? Jekk jgħidilhom “ħaġġruha” kien ikun qed jagħmel xi ħaġa li s’issa qatt ma kien għamel. Hu ġie fid-dinja biex ifittex in-nagħġa l-mitlufa, biex x’ħin isibha jerfagħha fuq spallejh u jiġborha fil-maqjel ma’ sħabha, biex kif rajna l-Ħadd li għadda jagħmel festa lill-iben li reġa’ lura għandu wara li berbaq kull ma tah il-missier f’ħajja mtajra. Fi kliem Ġesu’ stess: “Għax it-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda…Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin.” (Mattew 9, 12.13) Jekk jgħidilhom: “Tħaġġruhiex” kien ikun qed imur kontra l-liġi ta’ Mose’ li nsibu fid-Dewteronomju. Isimgħuha: “Jekk raġel isibuh mimdud ma’ mara miżżewġa, għandhom imutu t-tnejn; ir-raġel li mtedd magħha u l-mara miegħu…hekk teqred il-ħażen minn Iżrael.” (22,22)
It-tielet riflessjoni. Ġesu’ miel minn qaddu ‘l isfel u beda jikteb b’sebgħu fit-trab. Din hija l-unika darba fil-vanġeli li nsibu lil Ġesu’ jikteb. San Ġirolmu, wieħed mid-dutturi l-kbar tal-Knisja jgħid li Ġesu’ beda jikteb b’sebgħu ġot-trab id-dnubiet kollha li kienu ħatja tagħhom dawk l-iskribi u l-Fariżej li kienu qegħdin jakkużaw lil din il-mara adultera. Forsi kien qed jaħseb kif se jweġibhom, ma nafx, imma Ġesu’ qam dritt quddiemhom u b’leħen ta’ wieħed li għandu awtorita’ jgħidilhom: “Min fostkom hu bla dnub jitfgħalha hu l-ewwel ġebla.” B’ħafna għaqal, Ġesu’ ħareġ minn nasba li għamlulu. U jgħidilna San Ġwann: “Wieħed wara l-ieħor, ibda mix-xjuħ ilkoll qabdu u telqu.”
Ir-raba’ riflessjoni. Ġesu’ spiċċa waħdu mal-mara adultera. Meta jikkummenta dan il-vanġelu, Sant’ Wistin jgħid għal din ix-xena: “Misericordia et misera.” Għedtha bil-latin għax iddoqq iktar. Pero’ ħa nfissirielkom. “Il-ħniena u l-miżerja.” Ġesu’ huwa ħniena u l-miżerja hija l-adultera. Ippermettuli naqra l-aħħar vrus ta’ dan il-vanġelu: “Ħadd minnhom ma kkundannak?”, staqsiha Ġesu’. Hi qaltlu: “Ħadd, Sidi.” Kompla jgħidilha Ġesu’: “Mela anqas jien ma nikkundannak…Mur u mil-lum ‘il quddiem tibnibx iżjed!” Ġesu’ jikkundanna l-adulterju imma qatt ma jikkundanna lil dak jew lil dik li għamlitu.
Nispiċċa: f’dan iż-żmien tar-randan, il-ġrajja ta’ Ġesu’ li jaħfer lill-midinba għandha ħafna lezzjonijiet għalina. Aħna lkoll midinbin, min f’ħaġa u min f’oħra, imma xi ħaġa sabiħa hija din: m’aħniex nittrattaw mal-iskribi u l-Fariżej bħala mħallfin tagħna, imma ma’ Alla għani fil-ħniena li jaf kemm aħna dgħajfin. Jifhem ukoll id-difetti tagħna. Alla ma joqgħodx jara kemm għodosna fit-tajn jew fid-dnubiet li għamilna. Huwa qiegħed dejjem hemm u lest biex jaħfrilna. Importanti li ma nabbużawx minn din il-ħniena tiegħu. Wieħed raġel, nisrani tal-affari tiegħu, fdani u qalli: “Meta mmur inqerr, l-ewwel dnub li ngħid lill-konfessur huwa dan: “Abbużajt mill-ħniena t’Alla u mbagħad inkompli nistqarr id-dnubiet mejta jew venjali li nkun ikkommettejt.” Lezzjoni oħra li toħroġ minn dan il-vanġelu hija din: noqogħdu dejjem attenti li ma niġġudikaw lil ħadd: hekk inkunu nixbħu lil Ġesu’ li qagħad attent li f’din il-ġrajja m’għamilx bħax-xjuħ, bħal kittieba u l-Fariżej, imma, għani fil-ħniena ħafer lill-mara li żbaljat.
OMELIJA GĦALL-ĦAMES ĦADD TAR-RANDAN SENA C