Posposta ż-żjara ta’ Fr Fabio Attard fil-Gżejjer Maltin

24/04/2025: Fr Eric Cachia ħabbar li wara konsultazzjoni bir-reqqa ma’ Fr Fabio Attard u l-Vigarju tiegħu, ġie miftiehem flimkien li tiġi posposta ż-żjara tar-Rettur Maġġur f’Malta u Għawdex fid-dawl taċ-ċirkostanzi attwali.

Din id-deċiżjoni ttieħdet hekk kif il-Papa ħalla d-dinja jum biss wara l-Għid il-Kbir fl-età ta’ 88 sena.

L-aħħar dehra ta’ Papa Franġisku fil-pubbliku kienet proprju fl-Għid il-Kbir hekk kif inħareġ fil-gallarija biex jawgura l-Għid it-Tajjeb lill-Knisja Universali bil-barka Urbi et Orbi.

Riċentament, Fr Fabio ġie elett Rettur Maġġur fid-29 Kapitlu Ġenerali tas-Soċjetà ta’ San Franġisk de Sales għaldaqstant issa huwa l-11-il suċċessur ta’ Don Bosco.

https://www.facebook.com/plugins/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Feric.cachiasdb%2Fposts%2Fpfbid02SS72a9NBdajnrHUQjFoqPYN3Kjci3kEvFmAWDuuf6W5qUMx7ufSzFKCpEHmEUtqol&show_text=true&width=500

F’dan l-irwol hu imsejjaħ biex imexxi l-Kongregazzjoni Salesjana u biex ikompli l-kariżma tagħha fis-servizz taż-żgħażagħ, speċjalment dawk l-aktar foqra u vulnerabbli, f’136 ġens madwar id-dinja.

F’isem Fr Fabio, Fr Eric Cachia rringrazzja b’mod sinċier lil dawk kollha li ilhom jaħdmu b’diliġenza u bi tħejjija għal dan l-avveniment importanti.

Qal li d-dati l-ġodda għaż-żjara jitħabbru dalwaqt.

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading