LITURĠIJA TAL-ĦADD TA’ PENTEKOSTE
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika Vatikana
10 ta Ġunju 1984
1. Hawn hu “wasal il-jum ta’ Pentekoste” (cf. At 2, 1). Bil-ħsieb u bil-qalb ninsabu fiċ-Ċenaklu ta’ Ġerusalem; infatti hemm sabu ruħhom f’dan il-jum l-appostli u d-dixxipli ta’ Kristu, perseveranti fit-talb flimkien ma’ Marija, ommu.
Fil-qari tal-Vanġelu skont San Ġwann, il-Knisja teħodna fl-istess Ċenaklu fil-għaxija tal-jum tal-Qawmien mill-imwiet. Dakinhar ukoll id-dixxipli kienu miġburin bil-bibien magħluqa “minħabba l-biżà mil-Lhud” (Ġw 20, 19). Kienu għadhom riċenti l-ġrajjiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Bdanakollu diġa minn filgħodu kienet waslet l-aħbar tal-qabar vojt, u kienet ippronunzjata l-kelma inkoċepibbli: “Irxoxta” (Mt 28, 6).
Il-liturġija tal-Pentekoste teħodna fiċ-Ċenaklu fil-jum tal-Qawmien mill-imwiet, ladarba f’dan il-jum – diġa f’dan il-jum! – ingħata lill-appostli l-Ispirtu Santu. Diġa f’tali jum kien beda l-Pentekoste.
Kristu daħal bil-bibien magħluqa, sellem lill-appostli bil-kliem: “Il-paċi magħkom!” (Ġw 20, 19), urihom is-sinjali tal-Passjoni fuq idejh, fuq riġlejh u fil-kustat, u fl-aħħar qalilhom:
“Irċievu l-Ispirtu Santu; lil min taħfrulu dnubietu jkunu maħfura u lil min ma taħfruhomlux, jibqgħu bla maħfura” (Ġw 20, 22-23).
L-Appostli rċivew l-Ispirtu Santu, biex jilqgħu l-qawwa tiegħu il-missjoni redentiva u feddejj ta’ Kristu; “Bħalma l-Missier bagħat lili, jiena wkoll nibgħat lilkom” (Ġw 20, 21).
2. Waqt li niftakru din il-ġrajja tal-jum u ta’ filgħaxija tal-Qawmien mill-imwiet ta’ Kristu, ma nistgħux nirreżistu għall-bżonn li nelevaw ringrazzjament partikolari.
Fis-sollennità tal-Qawmien moll-imwiet, fit-22 ta’ April., jen għalaqt il-Ġublew straordinarju tas-Sena tar-Redenzjoni. Illum, Jum il-Pentekoste, hemm bżonn li niżżu ħajr b’mod speċjali għal din is-sena, għal dan iż-żmien kollu ta’ rikonċiljazzjoni l-iktar profonda ma’ Alla. Għal dak kollu li tiegħu saret parteċipi l-Knisja li hemm Ruma, u wkoll fid-dinja terrestri kollha.
Ejjew niżżu ħajr għaliex tul is-Sena Ġubilari tar-Redenzjoni reġgħu dwew mill-ġdid il-kelmiet: “Irċievu l-Ispirtu Santu; lil min taħfru d-dnubiet dawn ikunu maħfura . . .”. Għaliex dawn il-kelmiet kienu mismugħa minn tant isqfijiet u saċerdoti tal-Knisja. Għaliex kienu mismugħa minn porzjonijiet wiesgħa tal-poplu ta’ Alla fid-dinja kollha. Għaliex reġà ħa l-ħajja mill-ġdid il-bżonn tar-rikonċiljazzjoni sagramentali ma’ Alla..
Niżżuk ħajr, Spirtu Santu ta’ verità!
Niżżuk ħajr, Konsolatur, għaliex qarrabt lejna l-misteru tal-idejn, tar-riġlejn u tal-kustat minfuda ta’ Kristu, Għaliex mill-ġdid qarrabt lejna l-profondità u l-qawwa tal-misteru tar-redenzjoni.
3. Illum li wasal il-jum ta’ Pentekoste, fl-ispirtu ninsabu madwar iċ-Ċenaklu, li ‘sar wieħed jinfetaħ għall-bnedmin kollha f’dak il-waqt f’Ġerusalem fl-okkażjoni tal-festa. Ninsabu hemm, bħalma kienu f’dak il-jum “Parti, Medi, Elamiti u abitanti tal-Mesopotamja, tal-Ġudea. Tal-Kappadoċja, tal-Ponto u tal-Asja, tal-Friġja u tal-Panfilja, tal-Eġittu u ta’ parti mil-Libja qrib Ċirene, stranġieri ta’ Ruma, Lhud u proseliti, Kretesi u Għarab . . .” (At 2, 9-11).
Kollha kienu qegħdin jistaqsubi stagħġib kbir u meravilja: “Dawn li qegħdin jitkellmu mhumiex jewwilla lkoll Galilej? Kif inhi mela din li qegħdin nisimgħuhom ilkoll bil-lingwa tagħna?” (At 2, 7-8).
Iva, Kienu Galilej dawk l-appostli li, f’salt wieħed, fil-jum ta’ Pentekoste, “kienu lkoll mimlija bl-Ispirtu Santu u bdew jitkellmu b’lingwi oħra kif l-Ispirtu kien jagħtihom il-poter kif jesprimu ruħhom. ” (At 2, 4).
Iva. Kienu Galilej.Kienu għadhom sas-sebħ ta’ dak il-jum magħluqa fiċ-ċenaklu, sakemm “ ġiet f’salt wieħed mis-sema ragħda . . . u mliet id-dar kollha fejn kienu qegħdin” (At 2, 2) u dehru lsna tan-nar fuq ras kull wieħed minnhom.
Kien seħħ dak li l-Mulej irxuxtat kien ħabbrilhom waqt li kien sejjer għand Missieru.
Il-Knisja bdiet fuq is-salib mill-kustat miftuħ tiegħu.
Fil-jum tal-qawmien mill-imwiet il-Knisja intweriet lill-appostli nfushom flimkien mal-qawwa tal-Ispirtu Santu, li kienu rċivew.
Fil-jum tal-Pentekoste l-Knisja kienet rivelata kid-dinja u bdiet teżisti bħala komunità universali tal-poplu ta’ Alla.
Illum il-lingwi, ferm iktar numerużi, fid-dinja kollha jikkonfermaw il-qawwa tal-Ispirtu-Konsolatur fit-twelid tal-Knisja, li seħħ fil-jum tal-Pentekoste f’Ġerusalem .
Is-suċċessuri tal-Appostli u l-kofessuri ta’ Kristu Rxoxt iħabbru “l-opri kbar ta’ Alla” bil-lingwi kollha tad-dinja umana.
4. “. . . Ħadd ma jistà jgħid: “Ġesù hu l-Mulej” jekk mhux imqanqal mill-Ispirtu Santu” (1 Kor 12, 3).
Lanqas huma ma setgħu jgħidu, l-ewlenin, l-appostli miġburin fiċ-Ċenaklu fil-jum tal-Qawmien mill-imwiet. Kien biss wara li rċivew l-Ispirtu Santu – biex ngħidu hekk – minn idejn il-Irxoxt stess, li ġie lilhom, flimkien ma’ dan id-don, id-dawl sħiħ tal-fidi u l-qawwa sħiħa tagħha.
Iva: “Ġesù hu l-Mulej”.
Hekk fil-jum ta’ Pentekoste. Quddien l-abitanti ta’ Ġerusalem u l-pellegrini ta’ diversi pajjiżi, miġbura, mimlija bl-istess dawl u qawwa, bdew ixandru pubblikament “Ġesù hu l-Mulej”. U l-ewwel wieħed li xandru kien Pietru.
U minn dan is-sors divin, wara l-kelma tal-aħbar apostolika, ġiet il-Magħmudija, li rċivew dawk kollha li kienu jisimgħu.
Kollha “ġew mgħammda fi Spirtu wieħed, biex jiffurmaw ġisem wieħed . . . Kollha xorbu minn Spirtu wieħed” (cf. 1 Kor 12, 13). Dawn huma wkoll l-ewwel ġenerazzjoni ta’ nsara, ta’ dawk li grazzi għall-qawwa tal-Ispirtu Santu emmnu u stqarru: “Ġesù hu l-Mulej”.
5. Kemm ġenerazzjonijiet għaddew fuq din l-art sa minn dak l-ewwel jum, sa mill-Pentekoste ta’ Ġerusalem?
Fil-lejl tal- vġili tal-Għid, hawn, f’din l-istess Bażilika ta’ San Pietru, żdiedu magħhom l-imgħammdin ġodda ta’ Pajjiżi u kontinenti differenti. U fl-istess ħin oħrajn, f’tant postijiet tal-globu terrestri.
U llum, fl-istess post, intom diġa mgħammdin, żgħażagħ ta’ Ruma jew ġejjin minn partijiet differenti tal-Italja, qegħdin tersqu għas-sagrament tal-Griżma tal-Isqof (Konfermazzjoni). Dan iġib tali isem, għaliex bl-opra tal-Ispirtu Santu jikkonferma u jikkonsolida f’kull wieħed minnkom, dak li bdiet il-Magħmudija.
Permezz tas-sagrament tal-Konfermazzjoni jew Griżma kull wieħed minnkom b’qawwa tant ikbar ta’ konvinzjoni jixtieq jistqarr: “Ġesù hu l-Mulej”. U mhux biss jistqarr bil-ħsieb u bil-qalb, imma wkoll jittrażmetti lill-oħrajn u jxandar quddiem id-dinja, kemm bil-kelma, kif ukoll bil-mod li jaġixxi: “Ġesù hu l-Mulej”.
Tali sagrament jistampa sinjal partikolari fir-ruħ tan-nisrani. Dan huwa wkoll bażi u sors ta’ kull apostolat. Jirrendi lil kull wieħed minna simili għal dawk li fil-jum ta’ Pentekoste ħarġu miċ-ċenaklu ta’ Ġerusalem: jiġifieri l-appostli.
“Il-vokazzjoni nisranija hija mill-essenza tagħha vokazzjoni għall-apostolat”, kif jgħallem il-Konċilju Vatikan II.
6. Xi jridu jgħidu l-kliem: “Ġesù hu l-Mulej”?
Ejjew nisimgħu dak li jgħid San Pietru dwar dan fil-jum ta’ Pentekoste:
Lil dan Ġesù “li Alla telaqhulkom f’idejkom . . . sallabtuh permezz ta’ nies ħżiena . . . maqtul . . . Imma Alla qajmu mill-imwiet, billi ħallu mill-irbit tal-mewt, għaliex ma setax ikun li l-mewt iżżommu taħt is-setgħa tagħha. . .”; ma kienx possibbli . . . (At 2, 23-24).
Huwa hu l-Mulej ta’ mewtu propja. Aċċettaha spontanjament, sabiex jagħti ħajtu għas-salvazzjoni tad-dinja.
Bl-għoti ta’ ħajtu – permezz tal-mewt – huwa ġedded il-ħajja. Bdiha mill-ġdid fl-istorja tal-bniedem. Għamel iva li l-erwieħ umani setgħu mill-ġdid jieħdu sehem fis-siġra tal-ħajja. Is-salib tiegħu sar din is-siġra. U hu jaħbi fih il-misteru tal-ħajja eterna ta’ Alla.
Hekk mela: fil-qawmien mill-imwiet Ġesù, il-Mulej tal-mewt, sar il-Mulej tal-ħajja. Bħala Mulej tal-ħajja ippreżenta ruħu f’nofs l-Appostli u tahom l-Ispirtu Santu: Qal: “Irċievu”.
Intom, li llum, permezz tal-wirt apostoliku tal-Knisja, tirċievu l-Ispirtu Santu fis-sagrament tal-Griżma, morru fid-dinja, qawwija b’din iċ-ċertezza li “Ġesù hu l-Mulej”.
Din iċ-ċertezza tbdel il-bniedem u tgħinu biex jiffaċċja l-esperjenzi u l-isforzi kollha tal-eżistenza terrena.
Morru mela intom, bħal tant oħrajn qabilkom, u bil-lingwaġġ ta’ żminijietna, quddiem il-bnedmin tas-sekli XX u XXI, xandru l-“opri kbar tal-Mulej”.
Il-milja ta’ dawn l-opri huwa Ġesù Kristu. Huwa hu l-Mulej.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb