Kitba ta’ Daniel Borg
Illum il-Papa fil-Quddiesa tiegħu, li fiha ġie ċċelebrat ukoll il-Ġublew tal-Isportivi, rrifletta fuq it-Trinita’ u uża l-vers li nsibu fl-Ewwel Qari mill-Ktieb tal-Proverbji: ‘Dan jgħid il-Għerf ta’ Alla: “Il-Mulej kellu lili sa mill-bidu ta’ għemilu, . . . Meta ħejja s-smewwiet jien kont hemm, . . . jien kont maġenbu bħala tfajjel, l-għaxqa tiegħu, jum wara ieħor, nitliegħeb il-ħin kollu quddiemu; nitliegħeb fuq l-art imħejjija għall-bnedmin, nitgħaxxaq b’ulied il-bnedmin.” ‘ Hu jgħid kif għal Sant Wistin l-għerf u t-Trinita’ huma magħqudin ma’ xulxin. L-Għerf Qaddis huwa muri fit-Trinita’ Qaddisa u l-għerf dejjem iwassalna għall-verita’.
Kull attivita’ tajba hija rifless tas-sbuħija ta’ Alla għax Alla mhux statiku u magħluq fih innifsu u r-relazzjoni bejn il-Missier, L-Iben u l-Ispirtu s-Santu tiftaħ ruħha għall-bnedmin u għad-dinja. Hu qal kif l-isports huwa rifless sabiħ ta’ din ir-relazzjoni għax fl-isports wieħed jagħti lilu nnifsu għall-oħrajn. F’soċjeta fejn għandna iktar nies li jesperjenzjaw is-solitudni, l-isports jgħallimna l-kollaborazzjoni. F’dinja iktar diġitali l-isports jurina s-sbuħija li noqogħdu flimkien. F’soċjeta’ iktar kompetitiva l-isports jgħallimna wkoll nitilfu. Ħadd ma jitwieled qaddis, u l-isports jgħallimna kif nistgħu nitħarrġu għall-imħabba. U għalhekk l-isports huwa rifless tal-imħabba tat-Trinita’.
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0hMqs7uYfLitdheAFXTbWhUSTxzPzkXwtwS93SUekwJtEpgeThX1TkmqQAkMJXAdsl