Il-Papa Ljun XIV se jqatta’ l-btajjel tas-sajf f’Castel Gandolfo

18/06/2025: Il-Papa Ljun XIV se jerġa’ lura għat-tradizzjoni li jqatta’ xi żmien f’Castel Gandolfo matul il-btajjel tas-sajf.

Ritratt: Vatican Media (Il-pjazza prinċipali ta’ Castel Gandolfo)

Skont stqarrija ppubblikata mill-Prefettura tad-Dar Pontifiċja lbieraħ, il-Papa se jqatta’ żewġ perjodi separati f’din il-belt mibnija fuq waħda mill-għoljiet qrib Ruma.

Hu se jgħaddi nofs Lulju fir-residenza papali u mbagħad jirritorna għall-Festa tal-Assunta fil-15 ta’ Awwissu.

Fit-13 ta’ Lulju, il-Papa mistenni jiċċelebra quddiesa fil-Parroċċa Pontifiċja ta’ San Tumas ta’ Villanova f’Castel Gandolfo, waqt li fl-20 se jiċċelebra quddiesa oħra fil-Katidral ta’ San Albano. Ma jonqosx ukoll l-Angelus tradizzjonali fi Piazza Libertà.

Waqt li l-Ġublew taż-Żgħażagħ se jsir kif skedat, tul Lulju kollu jiġu sospiżi l-udjenzi privati kif ukoll dawk ġenerali ta’ nhar ta’ Erbgħa.

Il-quddiesa tal-Festa tal-Assunta l-Papa se jiċċelebraha fil-Parroċċa Pontifiċja ta’ Castel Gandolfo, waqt li jħalli r-residenza tas-sajf lura lejn il-Vatikan il-Ħadd 17 ta’ Awwissu waranofsinhar.

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading