Alla hu Missier

Ftit sfond għall-Bibbja (4)

IL-MISSIER LHUDI

Biex nifhmu aħjar l-idea tal-Lhud dwar il-paternità, il-kwalità ta’ missier, ta’ Alla, irridu nistudjaw il-qagħda tal-missier Lhudi fil-familja Lhudija, u nibdew mill-epoka bikrija tal-Ġenesi. Fil-ħsieb tal-poplu Lhudi, meta kienu maqsuma fi tribujiet, I-ixjeħ missier kien meqjus bħala l-fus tar-razza, li kolIox jiddependi minnu u li jżomm ħaj it-tribù bit-treġija għaqlija tiegħu.

F’kull familja, il-missier kien kap b’setgħat kbar. Kellu s-setgħa fuq l-istess ħajja tal-bniet tiegħu, kif ukoll fuq in-nisa ta’ wliedu, u seta’ jqegħdhom għall-mewt meta jonqsu bis-sħiħ. Fil-Ġenesi kapitlu 38, Ġuda iben Ġakobb sar jaf li l-mara ta’ ibnu, Tamar, dinbet hekk li stħoqqilha tmut, u ordna lill-qaddejja “joħorġuha biex tinħaraq (v. 24). Il-missier kellu d-dritt li jagħżel hu Iil min jiżżewġu l-bniet tiegħu, imma ma setax jabbuża mid-drittijiet tiegħu. Ġakobb għażel lil Efrajim li kien iżgħar minn Manasse, (Ġen 48, 8-16) u David ipprefera lil Salamun minflok Adonija. (1 Slat 1, minn vers 5)

Il-missier Lhudi kellu s-setgħa li jbiegħ lil uliedu bniet bħala lsiera. Kellu jkun maħbub u stmat, ukoll minħabba s-setgħat li kienet tagħtih il-liġi, fuq it-twissijiet mill-kittieba tal-Bibbja u bil-liġi tar-raba’ Kmandament, fejn Alla kkmanda rispett kbir lejn il-ġenituri. Min isawwat lil xi ħadd minnhom, jiġi kkastigatbil-mewt. Kien hemm il-piena tal-mewt ukoll għal min jirvella kontra l-ġenituri. Insibu fl-Eżodu: “Min isawwat lil-ommu jew lil missieru, ħaqqu l-mewt.” (Eż 1, 15)

Il-missier Lhudi kellu pożizzjoni reliġjuża, fejn kien jitlob għal kulħadd u joffri s-sagrificcju f’isem il-familja tiegħu, bir-riti elaborati tal-liġi. It-tħarriġ tar-rit reliġjuż għadu mfakkar sal-lum fl-Għid u f’festi prinċipali Lhudin.

F’Abraham il-poplu kien jara l-paternità ta’ Alla, u kull setgħa fuq l-art kienu jqisuha bħala sehem minn din il-paternità. Mill-kwadru tal-missier fil-familja u fit-tribu, il-komunità Lhudija kienet tintrefa’ lejn il-missier tas-sema.

MISSIER IL-LHUD

Il-Lhud fehmu li Alla hu missierhom minħabba l-għażla speċjali tagħhom bħala poplu. Dan jidher l-iżjed fI-ewwel rakkonti tal-Bibbja, kif hemm fil-ktieb tal-Esodu: “Hekk qal il-Mulej: Israel hu ibni l-kbir”. (Es 4, 22) U f’dak ta’ Hosegħa nsibu: “Meta Israel kien tifel, ħabbejtu, u mill-Egittu sejjaħtlu lil ibni. (Hos 11, 1).

Kienu jħossu li jiddependu minn Alla, u xejn m’għandhom li ma tahulhomx Hu. “Għajnejn kulħadd minnek jistennew, u int tagħtihom ikilhom f’waqtu. Tiftaħ int idejk u xxebba‘ ‘l kull ħaj bil-ġid.” (Salm 144, 15-16) Aktar ‘il quddiem, il-komunità Lhudija ssejjaħ Iil Alla bħala “missier”, xi 15-il darba fit-Testment il-Qadim imma 250 darba fit-Testment il-Ġdid. Fil-Vanġelu, “Missierna li hu fis-smewwiet” tissemma’ 15-il darba, fosthom fid-diskors ta’ Ġesù fuq il-muntanja.

Il-paganeżmu tal-ġnus ta’ madwar Israel influwenza lil-Lhud biex iqisu lil Alla b’karattru kburi u terribbli, moħħu biex jagħmel skemi ta’ ħsarat fuq uliedu jekk jibdluh, b’għajnejh miftuħa għal kull dettal li jħallu barra. Lil dan il-missier kienu jħossuh fil-bogħod, u jsejħulu b’termini bħal ‘Alla tal-Qtajjiet’. Dan jidher fil-ġrajja ta’ Mose, milqut mill-biżgħa quddiem Alla fuq is-Sinaj, b’Alla mbiegħed mill-poplu f’riġel il-muntanja. U l-Profeta Habakkuq: “Mulej, jien smajt bi ħbarek,..” u jiddeskrivi kemm beża’. (Ħab kap 3)

Kienu ftit għajr Abraham u David il-persunaġġi li ħabbew lil Alla mhux imqanqlin mill-biżgħa. Il-kotra tal-poplu, dawk mhux privileġġjati, ma kienux iħossu l-imħabba ta’ Alla bħala missier. Hu nteressanti kif Alla, fid-disinn profond tiegħu, tarġa wara oħra, wassal liI-Lhud biex jifhmu l-qawwa tiegħu, u jrabbu riverenza Iejh, imbagħad meta żgura I-qagħda tiegħu f’nofshom, urihom li hu missierhom, li jħenn u li hu dejjem ħdejhom.

MOGĦDRIJA GĦAL ULIEDU

Għalkemm Alla hu lest biex jagħmel gustizzja, qed jistenna lill-ġusti. Hu moħbi taħt velu ta’ misteru filwaqt li I-bniedem iteftef fid-dlam imma jaf li hemm post fejn se jiltaqa’ miegħu, u li bħala missieru se jilqgħu bil-ferħ wara li jkun temm il-vjaġġ tiegħu. Alla jħobb Iil uliedu I-Lhud anke fil-pjan naturali u jgħajjixhom bl-imħabba tiegħu. Jekk iridu jinħelsu mill-inkwiet tal-ħajja, jeħtieġ jintelqu f’idejn dan il-missier.

Fil-vokabularju Lhudi, hemm kelma li tiġbor il-kunfidenza f’Alla: “Abba”, li tfisser “missier” imma li fiha s-semplicità u l-familjarità li jużaw it-tfal żgħar, għax ilsienhom ma jdurx għal kliem tqil. Hi kelma mill-Aramajk, li baqgħet tintuża fl-ewwel kommunità Nisranija u San Pawl isemmieha: “Meta ngħajtu “Abba Missier” inkunu nistqarru li aħna wlied Alla.” (Rum 8, 15; Gal 4, 6)

Din I-imħabba ta’ Missier tqum f’kuntrast mar-ribelljoni ta’ Israel, kif hemm f’Isaija: “Huma dnubietkom li firdukom minn Alla tagħkom, u ħtijietkom li dawrulu wiċċu biex ma jismax.” (Isaija 59, 2) U meta x-xorti ħażina telqet lill-poplu minħabba ħżunitu, toħroġ iI-kwalità taI-Missier: iħobb lil min hu niedem, lit-tajbin imsawta u jagħder l-uliedu Ii daru kontrieh.

Il-paternità ta’ Alla hi cara meta jikxfuha I-profeti quddiem I-infedeltà tal-poplu. Huma nsewh, imma mbagħad fehmu li se jbatu mingħajru, reġgħu lejh u hu laqagħhom. “Kif nista’ nqegħdek fost l-ulied? U nagħtik art li thennik?” (Ġeremija 3, 19) U f’Isaija: “Ikollok ħniena minna, għax inti Missierna”. (Is 63, 15 u 16)

MISSIER KULĦADD, MISSIER IL-KNISJA

Bil-mod iI-mod, bdew jinfetħu oriżzonti ġodda dwar Alla bħala Missier, mhux biss tal-poplu Lhudi, imma ta’ kulħadd. Isaija u Zakkarija u tkellmu dwar iI-ħelsien mid-dnub tal-popli kollha. Ġesù xiref dimensjonijiet oħra tal-paternità ta’ Alla, waqt li fakkar fI-imħabba tal-Missier fl-imgħoddi lejn il-bnedmin. Huwa tana ideja sabiħa taI Alla bħala Missier.

Fl-aħħarnett, il-paternità ta’ Alla hi mifruxa fuq iI-poplu ġdid tiegħu, iI-Knisja, bħala I-ġisem tiegħu. Meta nitolbu I-‘Missierna’ , inkunu ntennu I-akklamazzjoni ta’ Kristu u tal-Knisja li qed teħodna għandu. San Pawl jikteb li Alla: “… għażiIna,… biex inkunu wliedu fi Kristu, ” (Ef 1, 5), u lill-Knejjes Insara jsellmilhom: “Il-grazzja u I-paci lilkom minn AlIa Missierna.” (2 Kor 13, 14)

Joe Galea

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading