Il-Knisja tiġi l-ewwel

Wegħda ta’ familja Yazidi li tipproteġi knisja Nisranija

Minkejja li huma Yazidi, minoranza reliġjuża li sofriet persekuzzjoni fl-Iraq, Wael Jejo Khdeida, flimkien ma’ martu, jieħdu ħsieb il-Knisja ‘Mar Odisho’ fin-naħa ta’ fuq tal-Iraq. Jagħmlu dan mingħajr ħlas u jqisuh bħala ħaġa qaddisa. Għalkemm l-Insara telqu mir-raħal ta’ Al-Nasiriya għexieren ta’ snin ilu, il-bibien tal-Knisja ‘Mar Odisho’ għadhom miftuħa, grazzi għad-devozzjoni ta’ familja Yazidi li toqgħod f’dan il-villaġġ.

Wael Jejo Khdeida, li jieħu ħsieb il-knisja Nisranija

Wael Jejo Khdeida, raġel żagħżugħ Yazidi, għandu ċ-ċwievet tal-knisja u, flimkien ma’ martu, jieħu ħsieb il-knisja, biex ikompli wirt li nagħta mill-ġenituri tiegħu. Khdeida jiżgura li l-knisja tkun nadifa, aċċessibbli, u rispettata. Khdeida jiftakar fis-servizz tal-ġenituri tiegħu lejn il-knisja qabel ma emigraw fl-2012. “Qabel ma telqu,” qal, “tawni istruzzjoni waħda: “Ħu ħsieb il-knisja. Il-knisja tiġi l-ewwel, qabel id-dar tiegħek stess.’ qaluli.” Għadhom jistaqsu dwar il-knisja f’kull telefonata, u b’ċajta jwissu li jekk jittraskuraha, jerġgħu lura biex ikomplu d-dmir huma stess.

Minkejja li huwa Yazidi, minoranza reliġjuża mhux Kristjana li sofriet persekuzzjoni fl-Iraq, Khdeida jiqis il-knisja bħala sagra. Jgħid: “Inneħħu ż-żraben tagħna qabel ma nidħlu, immissu l-ħitan tagħha u nbusuhom b’rispett. Għax dan huwa post ta’ qaddis ta’ talb. Nirrispettaw ir-reliġjonijiet kollha u se naqdu din il-knisja sal-aħħar nifs tagħna.”

Fl-2023, għall-ewwel darba fi 22 sena, ġiet ċelebrata Quddiesa mill-ġdid fil-Knisja ta’ ‘Mar Odisho, hekk kif id-Djoċesi Kaldea ta’ Alqosh immarkat il-festa ta’ San Odisho, imwieled fit-Turkija fl-1291, li ssir il-Ħadd wara l-Għid. Minn dakinhar, kemm il-Kristjani kif ukoll il-Yazidi reġgħu bdew iżuru l-knisja, speċjalment nhar ta’ Ħadd, jixegħlu xemgħat u jitolbu l-interċessjoni tal-qaddis.

Khdeida hu ferħan li wkoll il-Yazidis jiġu spiss jitolbu f’din il-knisja. Ħafna jemmnu li rċevew mirakli bit-talb lil San Odisho, fosthom koppji li ma setgħux ikollhom tfal. Isemmi familja li ġiet mill-bogħod minn fejn emigrat sempliċement biex twettaq wegħda. Binhom, issa tifel, daħal fil-knisja magħhom.”

Għandu ċ-ċwievet tal-knisja afdati lill-familja tiegħu

L-aħħar residenti Nsara ta’ Al-Nasiriya telqu fl-2003. Dan naqqas l-għadd ta’ Nsara f’dawn in-naħat. Xorta waħda, Khdeida għandu tama. “Irridu li l-Insara jerġgħu lura. Huma ħutna. Inħossu n-nuqqas tal-preżenza tagħhom, u nistednuhom jerġgħu lura, iżuru l-knisja, u jagħtuha l-ħajja bit-talb tagħhom.”

Il-Yazidiżmu huwa wieħed mill-eqdem reliġjonijiet monoteistiċi fid-dinja. Ħafna minnhom jgħixu fl-Iraq u s-Sirja fejn jgħixu flimkien mal-Insara u minoranzi reliġjużi oħra.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading