Ġwanni Pawlu II fi tmiem it-Talba Liturġika tal-Fidili

INVOKAZZJONI TA’ ĠWANNI PAWLU II
FI TMIEM IT-TALBA LITURĠIKA TAL-FIDILI

Sala tal-Isvizzeri, Palazz Pontifiċju ta’ Castel Gandolfo
Is-Sibt, 14 ta’ Lulju 1984

Nitolbu għal dawk li f’art twelidna f’dan il-waqt qegħdin ikunu pproċessati.

Nitolbu għall-ħabsin b’mod partikolari għal dawk li jinsabu hemm minħabba l-ideat tagħhom.

Nitolbu sabiex il-priġunieri jiġu meħlusin.

Nitolbu għal art twelidna, sabiex tkun tistà tkun l-vera art twelid il-Pollakki kollha u sabiex ilkoll ikunu jistgħu jgħixu fiha skont it-tradizzjoni nisranija  u umanitarja millenarja; sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem  d-drittijiet tan-nazzjon, kemm fil-ħajja nterna ras-soċjetà kif ukoll fil-livell tar-rapporti nternazzjonali; sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet ta’ nazzjon  li tant issielet u tant sofra għad-drittijiet tagħna, li ħallas, bis-sagrifiċċju ta’ miljuni minn uliedu rġiel u nisa, l-eżistenza tiegħu indipendenti; sabiex ikun jistà jgħix fil-paċi u fil-verità, fil-ġstizzja u fl-imħabba.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading