Ġwanni Pawlu II lid-dipendenti tal-vilel pontifiċji

KLIEM TA’ ĠWANNI PAWLU II
LID-DIPENDENTI TAL-VILEL PONTIFIĊI
QABEL MA TEMM IĊ-ĊLEBRAZZJONI
Ġnien taċ-Ċitru, Castel Gandolfo
Il-Ħadd, 22 ta’ Lulju 1984

Ġejna hawn biex inġibu lill-Mulej rigal speċifiku: il-ħobż u l-imbid. Nistgħu ngħidu li b’dan ir-rigal kull wieħed u waħda minna ġibna fuq l-altar ħajjitna ,  fl-elementi kollha tagħha, humiex dawn negattivi kif ukoll pożittivi, humiex dolorużi jew ferrieħa. Dan il-ġnien, tant għani b’elementi naturali, huwa biss parti mid-dinja viżibbli li ngħaqdet mal-offerta tagħna. Iżda aħna l-bnedmin, billi ġibna lilna nfusna b’rigal, noffru wkoll il-parti nviżibbli, jiġifieri dik il-parti li tikkorrispondi ma’ ħajjitna, ma’ xogħlna; imma magħha nġibu wkoll il-parti viżibbli kollha tad-dinja, u mhux biss parti: l-art, is-sema, il-pjaneti kollha, l-univers, jiġifieri d-dinja kollha viżibbli maħluqa minn Alla.

Hekk, waqt li ġejna għal din il-laqgħa, ġibna magħna l-għana tal-ħolqien. U ġejna hawn biex noffru din id-dinja maħluqa lill-Ħallieq tagħha, u ridna nagħmluh f’Ġesù Kristu, iċ-ċentru tal-laqgħa liturġika tagħna. Huwa stess irċieva r-rigali simboliċi tagħna, il-ħobż u l-imbid, biex jagħmel minn dawn ir-rigali offerta ta’ sagrifiċċju tal-ġisem u tad-demm tiegħu. Hekk, fir-rigali sempliċi tagħna, iċċelebrajna l-mewt ta’ Kristu fuq is-salib, u l-qawmien mill-imwiet tiegħu. Hawn hu liema kontenut akkwistaw dawn id-doni fqajra tagħna, ħobż u mbid. Iċċelebrajna lil Kristu mejjet u rxuxtat, mislub u telà fis-sema; Kristu bniedem tassew, iben il-Verġni Marija, fidil lejn Alla li, iben uniku, iwassal lil Missieru ir-rigal kollu tal-ħolqien u l-ġid kollu tal-qalb umana.

Hekk hu, dan kollu, għeżież ħuti, dan kollu għamel parti mis-sagrifiċċju tagħna, hekk fqir, billi morna bir-rigal fqajjar tagħna, rigal tal-ħobż u tal-imbid, rigal tal-eżstenza tagħna ta’ kuljum, sirna għonja immensament bit-transustanzjoni ta’ dan ir-rigal fil-ġisem u d-demm ta’ Kristu. Hekk hu, huwa nnifsu jwassal lill-Missier, joffri lill-Missier lilna lkoll u lid-dinja kollha. Hawn hi l-Ewkaristija, liema hija d-dimensjoni vera tagħha; liema hu l-misteru li ċċelebrajna. U biex niksbu l-frott ta’ din iċ-ċelebrazzjoni, il-frott ta’ dan is-sagrifiċċju, ilkoll irċivejna il-ħobż ikkonsagrat u l-imbid, il-ġisem u d-demm ta’ Kristu, għaliex huwa jrid isib għamara f’kull wieħed u waħda minna.

Hawn hi l-għana tagħna ta’ din l-għodwa:  sirna sinjuri daqs l-Ewkaristija Mqaddsa, daqs dak il-misteru sagramentali li fih ħadna sehem. Għeżież, biex inwettqu dan kollu niżżu ħajr bl-aħħar talba u  mbagħad nirċievu l-barka. Iċ-ċelebrazzjoni kollha hija barka. Għixna siegħa fil-barka ta’ Alla, ġewwa l-barka ta’ Alla, Missier u Iben u Spirtu Santu. U s-sinjal tat-tmiem taċ-ċelebrazzjoni ewkaristika huwa t-twettiq tal-barka li fiha għexna. Hija wkoll awgurju sabiex dejjem ngħixu f’dik il-barka tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu Santu. Jalla din tikkostitwixxi ħajjitna; jalla kull wieħed jinterpreta dan is-sehem fl-Ewkarestija bħala l-missjoni tal-għixien fi Kristu; il-missjoni li ngħixu f’dik id-dimensjoniu li ngħixu fi Kristu; il-missjoni li ngħixu f’dik id-dimensjoni li Kristu għadu kemm fetħilna, li Kristu bnielna: ngħixu ħajtu ta’ kuljum. U wkoll id-dinja kollha, permezz tagħna, għandha tiżvolġi din il-missjoni, din id-dimensjoni: tkun, teżisti fi Kristu. Hekk ħajjitna timxi għal għonq it-triq tal-verità. Nawgura lil kulħadd din it-triq, it-triq li Kristu għallimna bħala ikel ta’ kull jum tal-ġimgħa u li tiftaħ b’dan il-jum tal-Mulej, b’dan il-Ħadd.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading